Left arrow Go Back

Jigu pprezentati c-Certifikati lill-partecipanti ta' l-Ewwel Kors ghal Gwardjani Lokali

PR0839
Date Icon 31/05/1999

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Lawrence Gonzi, dalghodu pprezenta c-certifikati lill-ewwel grupp ta' 57 persuna li temmew b'success il-kors tal-Gwardjani Lokali li gie mhejji b'kollaborazzjoni bejn il-Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Tahrig u l-Ministeru tal-Gustizzja u l-Gvern Lokali. Prezenti ghal din ic-cerimonja, li saret gewwa l-ETC f'Hal Far kien hemm wkoll il-Ministru Austin Gatt u c-Chairman tal-ETC, l-Avukat Robert Tufigno.

Filwaqt li ferah lil dawk kollha li temmew dan il-kors b'success, il-Ministru Gonzi fahhar l-inizjattiva li giet mehuda minn grupp ta' tletin partecipant sabiex jinvestigaw il-possibilta` li titwaqqaf Ko-operattiva tal-Gwardjani bl-iskop li tohloq partecipazzjoni shiha u wiesgha fit-tmexxija tax-xoghol. Inizjattivi bhal dawn, tenna Dr. Gonzi, juru l-impenn li dawn il-persuni qed jitfghu fix-xoghol taghhom, filwaqt li jivverifikaw il-politika tal-Gvern, politika msejsa fuq id-devoluzzjoni tal-poter, il-principji tas-solidarjeta` u s-sussidjarjeta`. Ghalkemm id-diskussjonijiet ghadhom ghaddejin bejn dan il-kumitat provizorju u l-Bord tal-Ko-operattivi, il-Ministru Gonzi nnota b'sodisfazzjon li l-membri ta' dan il-kumitat diga` applikaw ghal kors avvanzat ta' tmexxija (Entrapreneurship) mal-ETC.

Il-Ministru ghall-Politika Socjali nnota r-rispons qawwi li gie rregistrat mal-ftuh ta' l-applikazzjonijiet. Madankollu, huwa qal li mit-total ta' 363 persuna li wrew l-interess taghhom, 77 persuna biss attendew il-kors, 57% minn dawn huma persuni li qed jirregistraw. "Dan juri l-effetivita li l-qasam tat-tahrig ghandu x'joffri fil-holqien tal-impjiegi. Aktar ma jmur iz-zmien, il-bzonn tat-tahrig fl-oqsma kollha tax-xoghol ser jiehu importanza kbira. Dan ghaliex l-ezigenzi tad-dinja tax-xoghol qed jinbidlu u allura hemm bzonn illi jigu mharrga haddiema sabiex jirrispondu b'mod pro-attiv din ir-realta` gdida li qed niffacjaw, qal il-Ministru Gonzi.

Il-Gwardjani Lokali ghandhom rwol importanti x'jaqdu fil-komunita`. Il-kors li gie mfassal juri bic-car li dawn il-Gwardjani ser iservu sabiex joholqu aktar ambjent ta' komunita`, hafna drabi iservu bhala punt ta' riferenza ghar-residenti. Ghalhekk, kien hemm bzonn li barra milli jigu mharrga f'affarijiet ta' amministrazzjoni, jigi moghti wkoll tahrig fil-qasam ta' personal skills, tahrig dwar kif ghandek tikkomunika u tahrig dwar kif tisma'.

Il-Ministru Gonzi habbar li l-applikkazzjoni ghall-kors tal-gwardjani lokali ghadhom miftuhin. Huwa habbar ukoll li l-gimgha l-ohra fetah it-tieni kors gewwa Malta, filwaqt li llum ser jibda it-tieni kors gewwa Ghawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow