Il-Ministeru ghall-Ambjent iwiegeb lill-GWU dwar is-servizz ta' emergenza ghal gbir ta' l-iskart
Il-Ministeru ghall-Ambjent jirriferi ghall-istqarrija mahruga llum mit-Taqsima Servizzi Pubbliċi tal-GWU dwar direttiva li l-istess Taqsima tat lill-membri tagħha fit-Taqsima ta' l-Indafa Pubblika fid-Dipartiment ta' l-Immani''ar ta' l-Iskart, biex ma jiħdux sehem fis-servizz ta' emer'enza għall-'bir ta' skart domestiku.
Il-Ministeru jrid jagħmilha ċara li s-servizz ta' emer'enza mhux qed isir bl-iskop li jfixkel l-azzjoni li qed jiehdu l-membri tal-Kooperattiva ta' l-Indafa Pubblika fit-tilwima li ghandha mal-Kunsilli Lokali, izda ghax ghandu l-obbligu li ma jhallix skart jingabar fit-toroq bil-konsegwenzi koroh li jista' jkollu fuq sahhet il-poplu.
M'hux minnu lanqas, kif allegat it-Taqsima, li l-Gvern qed jinqeda bil-haddiema tieghu wara li ma halliex lil dawn il-haddiema jibqghu jahdmu mal-Kooperattiva. Il-fatti huma li, skond ftehim li kien sar bejn il-Gvern u l-Kooperattiva erba' snin ilu, il-Gvern kien offra li l-Kooperattiva tibqa' zzomm maghha numru ta' haddiema mit-Taqsima ta' l-Indafa Pubblika biex jghinha tikkonsolida l-pozizzjoni taghha. Dawn il-haddiema baqghu jithallsu mill-Gvern. Skond dak il-ftehim, in-numru ta' dawn il-haddiema kellu jonqos kull sena, u l-Kooperattiva timpjega n-nies maghha. Ma' dan kienet qablet ukoll l-istess GWU.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN