Konferenza Nazzjonali dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar
Il-htiega ghal titjib fis-sistema ta' l-ippjanar fil-pajjiz hija haga li jaqbel maghha kulhadd. Din ir-riforma kienet fuq l-agenda taz-zewg partit l-kbar waqt il-kampanja elettorali tas-sena li ghaddiet u ghalhekk il-Gvern huwa kommess li jattwa t-tibdil u t-tishih mehtieg biex il-process ta' l-ippjanar ikun jixhed il-htigijiet u l-aspettativa tas-socjet'? tal-lum.
Il-Ministeru ta' l-Intern ilu ghal dawn l-ahhar xhur ghaddej bi programm intensiv ta' konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma mehtiega fil-process ta' l-ippjanar. Dan l-ezercizzju kien jikkonsisti f'ghadd ta' inizjattivi li kellhom l-ghan li jigbru r-rakkomandazzjonijiet u s-suggerimenti ta' firxa wiesa ta' professjonisti, nies involuti fl-ippjanar, gvernijiet lokali, kif ukoll il-pubbliku in generali. Il-Ministru ta' l-Intern Tonio Borg u s-Segretarju Parlamentari George Pullicino, kellhom ghadd konsiderevoli ta' laqghat ma' korpi kostitwiti, ghaqdiet professjonali, periti, imprendituri u ghaqdiet mhux governattivi li kollha ghamlu s-suggerimenti taghhom.
Twaqqaf core group li evalwa l-ilmenti u s-suggerimenti ta' korpi kostitwiti u ghaqdiet ohra. Dan il-grupp, li kien jiltaqa' regolarment darba fil-gimgha, issa wasal biex ilesti x-xoghol tieghu u dalwaqt jipprezenta r-rakkomdazzjonijiet tieghu lill-Ministru. Saru ukoll ghadd ta' intervisti ma' esperti f'oqsma differenti tas-socjet'?, fosthom periti, industrijalisti, politici, ambjentalisti kif ukoll gurnalisti. Minn dawn l-intervisti hareg kif jahsbuha nies li huma involuti, jew li huma affettwi bil-process ta' l-ippjanar.
Biex anki il-pubbliku seta' jaghti l-opinjoni u s-suggerimenti tieghu gew organizzati laqghat regjonali, tlieta f'Malta u wahda Ghawdex, li kellhom attendenza tajba hafna. L-ilmenti u s-suggerimenti tal-pubbliku tressqu quddiem il-core group u ser ikunu inkluzi f'rapport li ser jigi evalwat mill-Ministeru qabel jitressqu r-rakkomdazzjonijiet lil Kabinett.
Biex iwassal fit-tmiem dan il-programm ta' konsultazzjoni pubblika, il-Ministeru ta' l-Intern ser jorganizza Konferenza Nazzjonali ta' gurnata nhar is-Sibt, 12 ta' Gunju 1999. Ghal din il-Konferenza gew mistiedna rapprezentanti minn Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, Kunsilli Lokali, agenziji u korporazzjonijiet pubblici, korpi kostitwiti, ghaqdiet ta' professjonisti, ghaqdiet mhux governattivi u ambjentali u unions. Il-pubbliku in generali ukoll huwa mistieden jattendi. Peress li l-postijiet huma limitati il-pubbliku huwa mitlub icempel fuq freephone 0800774413 biex jirriserva post.
Il-Konferenza Nazzjonali, li ser issir fil-Lukanda Le Meridien Phoenicia, Floriana, ser tkun maqsuma fi tlett sessjonijiet, bit-temi li ser jirriflettu dak li hafna iqisu bhala l-iktar temi li gew indikati bhala li jehtiegu diskussjoni, jew li jehtiegu tishih fil-process ta' l-ippjanar. F'kull sessjoni ser ikun diskussjoni ta' siegha.
L-ewwel sessjoni – It-tfassil ta' pjani u policies
Politika ghal zvilupp u ambjent – il-politiku ghandu jkollu influwenza ikbar fil-process ? Mistieden rapprezentant tal-Partit Laburista
L-Awtorit'? ta' l-Ippjanar ghandha tibqa awtonoma ? – Chris Falzon, Chairman ta' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar.
Ghandu jkun hemm distinzjoni bejn l-Awtorit'? u d-Durettorat ? - Godwin Cassar, Direttur ta' l-Ippjanar, Awtorit'? ta' l-Ippjanar
Id-Dipartimenti, l-Agenziji tal-Gvern u l-Korporazzjonijiet Parastatali qed jaharbu mid-dmir taghhom li jippjanaw ? – Joe Falzon, ex-Chairman DCC
Il-mod kif isiru l-Pjani Lokali u l-iskemi tal-bini huwa rilevanti ghall-htigijiet tal-lum ? – John Ebejer, perit/planner
It-Tieni Sessjoni – Kontroll ta' zvilupp
In-negozjar mad-Direttorat u l-Awtorit'? huwa holma ? – David Pace, perit
L-infurzar tal-ligijiet huwa kliem fieragh biss ? – Misiteden rapprezentant ta' l-Alternattiva Demokratika
Diskrezzjoni u precedent; jekk xi hadd inhariglu permess, lili jmissni ukoll ? – Paul Gauci, President Kamra Maltija ghall-Ippjanar Ambjentali
L-izviluppatur irid kontrolli ? - Robert Musumeci, Chairman BICC
X'ghandu jkun ir-rwol tal-case officer fl-ipprocessar ta' l-applikazzjonijiet ? – Victor Torpiano, Chairman DCC
It-Tielet Sessjoni – Il-klijenti u s-servizz li toffri l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar
Min hu accountable ghal min ? – Catherine Galea, President Kamra tal-Periti
Il-Pubbliku ghandu dritt ghal informazzjoni f'waqtha ? – Dr. Rudolph Ragonesi, Friends of the Earth (Malta)
Il-Kunsilli Lokali huma biss klijenti ohra ? Rapprezentant ta' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
Il-Gvern huwa klijent privileggat ? Vince Cassar, Direttur Taqsima tax-Xoghlijiet
Il-klijent dejjem ghandu ragun ? – Gorg Cilia, Taqsima Kontroll ta' l-Izvilupp, Awtorit'? ta' l-Ippjanar
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN