Titnieda Kampanja Edukattiva fl-okkazjoni tal-Jum Dinji minghajr Tipjip
Il-kwalita` tal-hajja taghna tiddependi minn sahhitna u hu ghalhekk li ghandna nharsu sahhitna mill-hsara li tista' ssirilha.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt konferenza ta' l-ahbarijiet fl-okkazjoni tal-Jum Dinji minghajr Tipjip. Waqt l-istess konferenza kienet imnedija kampanja edukattiva dwar it-tipjip organizzata mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha flimkien ma' l-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku. Permezz ta' din il-kampanja, matul ix-xahar ta' Gunju, il-biljetti tal-karozzi tal-linja ser jinkludu fihom messagg kontra t-tipjip.
Il-Ministru tas-Sahha sostna li l-amministrazzjoni prezenti, kif jghid ukoll il-programm elettorali, hija impenjata biex tkompli tippromwovi l-harsien u l-edukazzjoni fuq is-sahha. Hu tenna li ghal dan il-ghan matul din is-sena l-vot tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha kien mizjud biex b'hekk ikunu jistghu isiru aktar programmi edukattivi, kif ukoll kampanji fuq skala nazzjonali bhal ma hi dik tal-lum.
Il-Ministru tas-Sahha qal li it-tipjip huwa kawza ta' mard u mewt prematura li huwa l-aktar facli li jkun meghlub f'pajjizna. Louis Deguara qal li din il-kampanja taghmel parti mill-proposti elenkati fid-dokument tal-politika Nazzjonali dwar is-Sahha Health Vision 2000. Hu sostna li dan id-dokument, li kien ippubblikat fl-1995, isemmi diversi proposti kif wiehed jista' jikkumbatti dan il-vizzju li jwassal ghal mewt prematura.
Il-Ministru Deguara tenna li ghalhekk hi hasra li l-amministrazzjoni precedenti ghal sentejn shah abbandunat dan id-dokument u ghalhekk diversi proposti li hemm fih ma gewx implimentati kif kien pjanat.
Inizjattivi ohra li jiehu d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha kontra t-tipjip jinkludu fost l-ohrajn is-smoking cessation clinics, kampanji edukattivi fost l-istudenti, kif ukoll kampanji nazzjonali ohra fosthom l-attivita` li saret f'Jum San Valentino. Louis Deguara qal ukoll li anke iz-zieda fit-taxxa tas-sisa fuq it-tabakk hija mahsuba biex twassal ghal tnaqqis fit-tipjip fost il-popolazzjoni Maltija.
Il-Ministru Deguara fakkar ukoll f'pubblikazzjoni mahruga mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha flimkien ma' l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turizmu li tippromwovi postijiet ta' rikreazzjoni li jinkludi fihom partijiet fejn it-tipjip mhux permess.
Louis Deguara awgura li din il-kampanja tkun success iehor u enfasizza li ghandu jkun hemm infurzar tal-ligi meta jsir tipjip f'postijiet fejn it-tipjip ikun projbit, fosthom fuq il-karozzi tal-linja fejn hu maghruf li dan ir-regolament ma tantx hu osservat.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN