Servizz ta' emergenza ghall-gbir ta' skart domestiku
Il-Gvern, permezz tal-Ministeru ghall-Ambjent, kmieni llum wara nofs in-nhar, beda jipprovdi servizz ta' emergenza ghall-gbir ta' skart domestiku.
Il-gbir tal-lum kien mifrux fuq erba' distretti:
Birzebbuga, Rahal Gdid u Haz-Zabbar;
Il-Hamrun, il-Marsa, Hal Qormi u s-Siggiewi;
Tas-Sliema, San Giljan u Birkirkara;
San Pawl il-Bahar, Bugibba/Qawra, il-Mellieha, ir-Rabat u n-Naxxar.
Ghal dan is-servizz ta' emergenza hemm involuti aktar minn 160 persuna bejn haddiema u pulizija, u qed jintuzaw aktar minn 40 trakk tat-Taqsima tax-Xoghlijiet jew li huma impressed ma' l-istess Taqsima. Ma' kull trakk qed ikun hemm pulizija.
L-iskart li qed jingabar qed jittiehed fil-Maghtab u fl-impjant tar-riciklagg f'Marsaskala, li wkoll huma mghassa mill-pulizija.
Is-servizz ta' emergenza nbeda wara li baqa' ma kien registrat l-ebda zvilupp fit-tilwima li nqalghet bejn il-Kooperattiva ta' l-Indafa Pubblika u l-Kunsilli Lokali.
Il-gbir ta' l-iskart mistenni jkompli ghada f'lokalitajiet ohra.
Il-Ministeru ghall-Ambjent jheggeg lill-pubbliku biex kemm jista' jkun ma jinharigx skart barra, b'mod partikolari f'dawk il-lokalitajiet fejn ikun sar is-servizz ta' emergenza.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN