Il-Ministeru ghall-Ambjent iwiegeb lit-Taqsima H. & L. tal-GRTU dwar l-embellishment ta' Paceville
PR0819
28/05/1999
B'riferenza ghall-istqarrija mahruga mit-Taqsima Hospitality and Leisure tal-GRTU, il-Ministeru ghall-Ambjent jixtieq jaghmilha cara li hu l-pjan tal-Gvern li anki f'Paceville jitwettqu xoghlijiet ta' embellishment.
It-taqsima tal-GRTU taf li r-raguni ghaliex Paceville ma kienx inkluz fil-progetti li thabbru dalghodu fir-rigward ta' San Giljan u tas-Sliema, hi minhabba problemi ta' traffiku f'Paceville, li ghad trid tinstab soluzzjoni ghalihom. Il-Gvern ma jridx li jsiru xoghlijiet bl-ghagla biex imbaghad ikollhom jergghu jinqalghu.
Madankollu, il-Gvern hu impenjat li jwettaq xoghlijiet ta' manutenzjoni li huma mehtiega li jsiru b'urgenza.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN