Siltiet mid-diskors tal=Onor. Dr. tonio Borg, Ministru ta' l-Intern, f'eghluq ta' Seminar dwar il-White Paper fuq emendi ghat-tishih tal-Ligijiet ta' Malta fil-wasam tal-vjolenza domestika
Il-problema ta' vjolenza domestika ma twelditx illum. Iżda forsi dak li kien jinħeba jew li kien 'taboo'li wieħed jitkellem dwaru, issa sar l-o''ett ta' diskussjoni pubblika li naħseb li serviet biex titqajjem kuxjenza 'enerali dwar affarijiet li qabel konna nibqgħu nitkellmu dwarhom.
Il-li'i hemm qiegħda. Tista' u għandha titjieb. Anki jekk neħdu l-inqas forma ta' ferita fuq il-persuna, dik tipprovdi għal reat li kastig ta' pri'unerija. L-artikolu 221 tal-Kodiċi Kriminali jipprovdi li f'każijiet bħal dawn hemm possiblita' ta' piena massima ta' tliet xhur ħabs. Din ter'a', tiżdied bi grad (u allura il-massimu jitla' għal 6 xhur) meta dik il-vjolenza - anki ta' natura ħafifa- ssir fuq il-persuna ta' membri tal-familja, inkluża naturalment il-mara jew ir-ra'el.
It-tibdil għalhekk iktar milli wieħed ta' li'ijiet, għandu jkun wieħed ta' attitudini. Iżda ħa'a ma teskludix lil oħra. Wara kollox il-vjolenza domestika lanqas ma hija biss ta' natura fiżika, imma tista' tkun ukoll ta' natura oħra, li twe''a' iktar.
Bħala Ministru ta' l-Intern responsabbli mill-Pulizija, se ngħid iktar tard x'inhuma il-pjani tal-Gvern f'dak li hu tibdil le'islattiv. Iżda nemmen li l-Pulizija għalkemm għandhom sehem importanti f'dan il-qasam ta' 'enforcement', huwa biss parti minn kategorija ikbar ta' nies li għandhom jieħdu interess f'dan is-su''ett.
Li jiħraxu il-pieni mhux neċessarjament is-soluzzjoni; li jintużaw il-pieni li hemm b'iktar rigorosita', iva. Dan hu fuq kollox xogħol il-'udikant. Il-Pulizija, l-Imħallfin, il-Ma'istrati jirriflettu ħafna dawk l-ideat u l-ħsibijiet tal-mument f'perjodu partikolari. Nemmen li żdiedet il-kuxjenza dwar dan is-su''ett. Minn mindu ċerti tibdiliet fis-soċjet'? tagħna taw iktar leħen u iktar indipendenza ekononika lill-mara, bi ftuħ iktar tas-soċjet'? tagħna, u bis-saħħa ukoll tal-pluraliżmu fix-xandir u forom 'odda ta' komunikazzjoni, qed tinħoloq iktar kuxjenza f'dan il-qasam.
Sabiex il-Ministeru tal-Intern jagħti l-kontribut tiegħu fl-iżvilupp ta' kuxjenza pubblika dwar din il-problema, kif ukoll sabiex joffri is-'support' meħtie' lill-vittmi ta' vjolenza domestika, il-Ministeru qed jaħdem sabiex fil-korsijiet, f'kull livell ta' karriera fil-pulizija, jiddaħħal taħri' dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u dwar il-vjolenza domestika bħala reat serju. Qed naħsbu ukoll biex jitfasslu 'guidelines'ċari dwar kif il-pulizija għandha ta'ixxi f'każijiet ta' rapporti ta' vjolenza domestika.
Fil-'White Paper', giet diskussa fit-tul il-possibilit'? illi jitneħħa il-bżonn ta' kwerela għal reati fil-familja li jeħtie'u kwerela . Hawn jeżistu opinjonijiet differenti, u mhux faċli li wieħed jieħu deċiżjoni. Il-bżonn tal-kwerela u li wieħed jirtira ma qiegħed hemm biex wieħed jevita illi kull għaw' familjari jispiċċa l-Qorti. Ma hemmx dubju iżda li din is-sistema 'ieli 'iet abbużata. Soluzzjoni tan-nofs hija li bit-tisħiħ tal-'Victim Support Unit' fil-Pulizija, il-Pulizija teserċita iktar id-diskrezzjoni li għandha f'każijiet serji sabiex tmexxi 'ex officio' meta ma ssirx rinunzja f'waqtha tal-kwerela.
Il-'Victim Support Unit' fi ħdan il-Vice Squad se jingħata l-attenzjoni li jixraqlu u jissaħħah billi -
- ji'i identifikat post barra d-Depot minn fejn jopera, f'ambjent aħjar
- ji'u żviluppati l-linji ta' komunikazzjoni bejn l-Għases u dan il-'Unit'.
- jiżdiedu, bl-'intake' il-'did ta' rekluti, ir-riżorsi umani f'dan il-'Unit'
- gradwalment il-Unit jeħles minn responsabilitajiet oħra tal-Vice Squad li qed igħabbuh.
Emenda fil-Li'i li ma tissemiex fil-'White Paper' u li l-Gvern hu kommess li jintroduċi - hi dik tal-presenza tal-Vittmi tar-Reati fil-proċeduri kriminali. Sal-lum dan kien projbit. Il-Programm Elettorali tal-partit fil-Gvern hu 'committed' dwar dan u għandi l-pjaċir inħabbar li l-Abbozz 'a tlesta biex ti'i implimentata din il-wegħda elettorali.
Hija wkoll l-intenzjoni tal-Gvern illi anki f'każijiet prosegwibbli b'ċitazzjoni, il-Pulizija tkun tista' titlob li sakemm jinqata' il-każ, il-Qorti timponi kundizzjonijiet simili għal tal-'bail'.
Dawn huma passi f'direzzjoni tajba. Naturalment hemm miżuri oħra, l-aktar dawk li jaqgħu taħt ir-responsabbilit'? tas-'Social Welfare'. Id-drittijiet tal-akkużat ma jistgħu qatt ji'u traskurati; iżda daqstant ieħor irridu nistabbilixxu bilanċ - li ħafna drabi mhux dejjem sibnieh - bejn id-dmirijiet tal-akkużat u d-drittijiet ukoll tal-vittmi u tas-soċjet'?.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN