Il-Ministru tal-Finanzi jwiegeb stqarrija tal-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni is-sur Leo Brincat
"Fl-ewforija biex tfarrak il-fiducja f'pajjizna, kemm tal-Maltin infushom u kif ukoll tal-barranin, l-Oppozizzjoni jinsew li ghal kwazi sentejn shah mexxew Gvern li matulu hadu d-decizjonijiet hziena li bihom farrku d-dhul tal-Gvern, irvinaw id-direzzjoni Ewropea, waqqfu l-investiment fil-pajjiz u ggamjaw l-ekonomija.
Is-Sur Leo Brincat hareg stqarrija biex jghidilna x'qalu Standard and Poor's xahrejn ilu. Issa donnu qieghed ihossu komdu johrog dawn l-istqarrijiet meta bhala Ministru tal-Finanzi kien ikun kwiet, mutu u ghal kollox ineffettiv.
L-Oppozizzjoni ghaddejjin b'kampanja biex jaqtghu nifs il-poplu Malti u jgerrxu l-investiment li jkun iddeccieda li jigi Malta.
Izda l-Gvern ser ikompli bil-programm tieghu li jregga' l-ekonomija lura fuq saqajha, jiffinalizza l-progetti li kienu fi process li jitwettqu fl-1996 (u li twaqqfu waqt l-Amministrazzjoni inkompetenti tal-Gvern Precedenti), u jissoda l-qaghda finanzjarja tal-Gvern bi struttura ta' dhul sostennibbli u ta' nfieq kontrollat.
Hi l-azzjoni mhux il-paroli li jsolvu l-problemi."
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN