Ghotja ta' trakkijiet u jeeps mill-Gvern Ciniz
Il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu Ċiniż illum għadda lill-Gvern Malti 14-il trakk u żew' Cherokee jeeps, flimkien ma' kunsinna kbira ta' spare parts għall-istess vetturi, biex jintużaw mid-Dipartiment tas-Servizzi u Manifattura tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
L-għotja saret waqt ċerimonja simbolika li matulha l-Ambaxxatur Ċiniż, l-Eċċellenza Tiegħu Zu Qinshun, ippreżenta ċ-ċwievet tal-vetturi lill-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech. Qabel din il-preżentazzjoni, sar l-iffirmar taċ-ċertifikat tat-trasferiment tal-vetturi, mill-Ambaxxatur Zu Qinshun f'isem il-Gvern Ċiniż, u mis-Sur Paul Mifsud, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ambjent, f'isem il-Gvern Malti.
It-trakkijiet kienu manifatturati miċ-China No 1 Automobile Corporation, filwaqt li l-jeeps kienu manifatturati mill-Beijing Jeep Co Ltd, u dawn iż-żew' vetturi huma kompluti b'sistema ta' arja kundizzjonata.
Il-valur tal-vetturi, flimkien ma' dak ta' l-ispare parts, jammonta għal madwar Lm157,000.
F'diskors li għamel qabel il-preżentazzjoni taċ-ċwievet, il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lill-Gvern Ċiniż għal din l-għotja u qal li m'għandu l-ebda dubju li dawn il-vetturi se jintużaw biex id-Dipartiment konċernat ikompli jsaħħaħ is-servizzi tiegħu lil dipartimenti u entitajiet oħra tal-Gvern.
Hu żied li għotjiet ta' din ix-xorta jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet di''? tajbin li jeżistu bejn il-poplu Ċiniż u dak Malti. Hu qal li dan ikkonfermah ukoll personalment waqt żjara li għamel fiċ-Ċina aktar kmieni din is-sena. Il-Ministru Zammit Dimech qal li, minkejja li ż-żew' pajjiżi 'eografikament jinsabu ferm 'il bogħod minn xulxin, jistgħu jkomplu jaħdmu flimkien ħalli jsaħħu l-akbar kollaborazzjoni bejniethom għall-benefiċċju taż-żew' popli ħbieb.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN