Il-Ministru Giovanna Debono tiltaqa' mal-Kunsill Lokali tan-Nadur
Dan l-ahhar, il-Ministru ghal Ghawdex l-Onor Giovanna Debono, kellha laqgha mal-Kunsill Lokali tan-Nadur fl-ufficcju tal-Kunsill.
Fil-bidu tal-laqgha s-Sindku, l-Avukat Chris Said fisser l-ghan tal-Kunsill illi flimkien mal-ghaqdiet kollha tal-lokal u l-Ministeru ghal Ghawdex ifassal pjan ta' hidma li jkopri t-tliet snin li gejjin.
Min naha taghha l-Ministru Giovanna Debono weghdet il-koperazzjoni shiha tal-Ministeru taghha fil-progetti u inizjattivi li jsiru mill-Kunsill.
Matul il-laqgha gew diskussi diversi progetti li l-Kunsill qed jippjana li jsiru fin-Nadur fosthom l-embellishment ta' Pjazza Dun Martin Camilleri, playing field f'Tal-Hali, ir-restawr tat-Torri Sopu u belveder fi Triq il-Madonna ta' Fatima.
Sar ukoll qbil illi jitkompla x-xoghol li fadal isir fl-inhawi Ta' Kenuna biex fl-iqsar zmien possibbli jitlesta x-xoghol kollu ta' resurfacing u embellishment li qed isir.
Gew diskussi wkoll id-diversi attivitajiet li jorganizza l-Kunsill fosthom il-Wirja Agrarja u l-Karnival.
Fl-ahhar tal-laqgha s-Sindku u l-Kunsilliera tan-Nadur irringrazzjaw lill-Ministru ghall ghajnuna kbira li qed taghti lill-Kunsill Lokali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN