Left arrow Go Back

Tfal minn skejjel primarji tal-Gvern jiltaqghu mal-Prof. Edward de Bono

PR0789
Date Icon 26/05/1999

Qrib tlett elef tifel u tifla mir-raba` sena ta' l-iskejjel primarji tal-gvern illum kellhom avventura unika mal-Professur Edward de Bono, famuz mad-dinja kollha għall-skoperta tal-kunċett tal-Lateral Thinking.

L-attivita` kienet tikkonsisti f'żewg sessjonijiet li fihom it-tfal għixu esperjenza ta' taħri' fil-ħila tal-ħsieb (Thinking Skills) taħt it-tmexxija ta' Edward de Bono innifsu.

L-iskop ta' l-inizjattiva huwa li ji'i mistħarre' kif wieħed jista` jinkora''ixxi u jimplimenta il-"de Bono's Thinking Skills" bħala parti mill-Kurrikulu Nazzjonali fl-Iskejjel Primarji.

L-iniżjattiva qed isseħħ wara li aktar kmieni din is-sena il-Ministru ta' Edukazzjoni Louis Galea iddiskuta mal-Professur Edward de Bono il-kollaborazzjoni li jista` jkun hemm bejn iż-żewg naħat. Qed ji'i kkonsidrat li jitwettaq pro'ett pilota f'numru ta' skejjel primarji dwar ‘Teaching de Bono's Thinking Skills in Primary Schools in Malta'. Fil-fatt is-sena li għaddiet, b'iniżjattiva tal-Ministru Evarist Bartolo, kienu saru sessjonijiet ta' taħri' mill-Professur Edward de Bono għall-għalliema.

Meta introduċa s-sessjonijiet ta' dalgħodu il-Ministru Louis Galea fisser li llum kulħadd huwa konxju li f'soċjeta` fuq l-għatba tat-tielet millennju, u li tiddependi biss fuq ir-riżorsi umani tagħha, huwa essenżjali li ji'u zviluppati aħjar il-ħiliet krejattivi u l-ħiliet ta' ħsieb. "Fil-pro'ett pilota għandu ji'i investigat kemm il-programm tal-Professur Edward de Bono jista` jgħin lit-tfal ikunu aktar flessibbli fit-tifsila tal-mod kif jaħsbu (Thinking Patterns), li jgħinhom ikunu ħassieba aktar indipendenti u awtonomi, u li jiżviluppaw l-għodda biex ikunu kapaċi ji''eneraw aktar u aktar idejat krejattivi. Dan għandu jwassal biex uliedna jaffaċċjaw d-dinja kompettitiva tal-lum b'aktar preparazzjoni," qal Louis Galea.

Il-Ministru Louis Galea sostna li l-ħila li wieħed jaħseb m'hix sempliċiment kwestjoni ta' intelli'enza imma` hija ħila li ti'i żviluppata. It-tfal m'hux biss kapaċi jaħsbu, iżda jieħdu 'ost jaħsbu. L-iskop ta' l-Edukazzjoni m'għandux ikun biss li wieħed jitgħallem in-numri u jaqra (Literacy and numercy), iżda ukoll li wieħed jizviluppa l-ħila tal-ħsieb u l-kompetenza (operacy and competency).

L-inizjattiva ta' dalgħodu f'Dar il-Mediterran qed issir bi sħab bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, The Edward de Bono Foundation (Malta) u l-Playmobil (li din s-sena qed iffakkru l-25 anniversarju tal-preżenza tagħhom f'Malta).

Din hi r-raba` esperjenza ta' din in-natura, u l-ewwel darba f'Malta, fejn il-Professur Edward de Bono qed ikellem it-tfal b'dan il-mod. Is-sena li għaddiet iltaqa` ma' 5000 tfal ta' 5 snin fl'Awstralja u New Zealand, u f'Jannar ta' din is-sena iltaqa` ma' aktar minn 5000 tfal minn Tribuwijiet differenti mill-Afrika ta' isfel.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow