Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi iniedi sensiela ta' attivitajiet fl-okkazjoni tal-5 Anniversarju mit-twaqqif ta' l-Agenzija SEDQA
Fil-hames snin li ilha mwaqqfa, is-Sedqa kienet ghodda mportanti fit-twettiq tal-politika socjali tal-Gvern. Dan ghaliex is-servizzi li toffri s-Sedqa huma mmirati sabiex jghinu lil min jinsab fix-xifer tas-socjeta' jersaq lejn ic-centru. Barra minn hekk, is-servizzi kollha jiffokaw fuq il-persuna, il-familja u l-ambjent socjali. Dan kollu jghin sabiex jigu mghoddija l-valuri tas-solidarjeta', rispett u dinjita' lejn il-persuna umana.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi qal dan waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li fiha nieda programm ta' attivitajiet li jiccelebraw il-hames sena minn mindu giet mwaqqfa s-Sedqa. Prezenti ghal din il-konferenza kien hemm Joe Scicluna, il-President ta' Kummissjoni ghall-Harsien tas-Servizzi Socjali, u Sina Bugeja, Kap Ezekuttiv tas-Sedqa.
Il-Ministru Gonzi fakkar kif l-Agenzija giet imwaqqfa hames snin ilu, fuq ir-rakkomandazzjonijiet li kienu hargu mill-Meli Report. Dan ir-rapport kien il-punt ta' riferenza ghall-Gvern, fl-impenn tieghu sabiex jistabilixxi servizzi ghal persuni bi problemi ta' alkohol u /jew droga. Jidher li dawn is-servizzi issa huma stabbiliti u mifruxa kemm fuq il-livell residenzjali kif ukoll fuq livell ta' appogg fil-komunita'. Madankollu, hemm bzonn li nkunu lesti sabiex nilqghu ghall-isfidi li jigu pprezentati lilna minn zmien ghal zmien. Hekk per ezempju, irridu noqoghdu attenti ghal forom godda ta' dipendenza, filwaqt li kontinwament naggornaw ruhna dwar forom godda ta' trattament kemm fuq il-livell mediku kif wkoll fuq dak psiko-socjali.
Harsa qasira lejn dawn l-ahhar hames snin malajr turina li l-problema t'abbuz ta' droga biddlet ix-xejra taghha. Illum, qed naffaccjaw il-fenomenu tal-polydrug use, filwaqt li jezistu fuq is-suq drogi godda, b'effetti u sintomi differenti. Aktar minn kollox, hekk bzonn nikkumbattu l-attitudnijiet li qed jinholqu, bhal per ezempju, dik li l-party drugs ma jwasslukx ghad-dipendenza, jew li l-alkohol ma jistax iwasslek ghall-problema serja. Il-Ministru Gonzi qal li dan kollu juri kif il-persuna li ghandha problema t' abbuz jew dipendenza llum ghandha profil hafna differenti minn dik ta' hames snin ilu. Dan ifisser li hemm bzonn ta' metodi differenti kemm ta' prevenzjoni kif ukoll ta' trattament.
L-isforzi tas-Sedqa biex tinholoq kultura ta' prevenzjoni issa ghandhom l-gheruq. Il-programmi ta' prevenzjoni, kemm dawk fl-iskejjel, fil-lokal, fuq il-post tax-xoghol u fost iz-zghazagh qed jiffunzjonaw u jidher li qed isiru sforzi sabiex isiru akar maghrufa. It-tnedija ta' dan ic-Charter of Services huwa pass iehor posittiv lejn dan l-gharfien tas-servizzi li jigu offruti. Il-Ministru Gonzi fakkar li hemm bzonn ukoll nassiguraw li dawn is-servizzi qed jinghataw lil min vera ghandu bzonn u li dawk li l-aktar huma vulnerabbli jkunu jafu x'servizzi ta' appogg jezistu. Dan ifisser li jrid isir aktar xoghol fost dawk imsejha high-risk groups filwaqt li nistudjaw il-possibilita ta' outreach services fejn mhux il-klijent jigi jfittex l-ghajnuna imma jkunu l-community workers stess li johorgu biex jigbdu persuni fi problema ghas-servizzi necessarji. Il-Ministru Gonzi semma' wkoll il-problemi tal-loghob ta' l-azzard u l-uzura bhala problemi ta' dipendenza li rridu nittrattaw bis-serjeta'.
"Il-politika tal-Gvern thares mhux biss lejn is-servizz li jinghata imma lejn il-kwalita' tas-servizzi. Servizzi accessibbli ghal kulhadd, servizzi personalizzati, professjonali u ta' l-aqwa kwalita' huma c-cavetta ghall-binja ta' socjeta' fejn hadd ma jibqa' lura, fejn kulhadd, anki dawk l-aktar vulnerabbli, jippartecipaw b'mod attiv u jizviluppaw il-potenzjal kollhu taghhom."
Is-servizzi li gew imnedija llum, jigifieri l-Helpline service, ic-Charter of Services, il-materjal promozzjonali u l-wirja ta' xoghol mir-residenti tal-Komunitajiet Terapewtici huma xhieda ta' dan.
Waqt il-ftuh ta' l-esebizzjoni, il-Ministru Gonzi fahhar l-inizjattiva tar-residenti u l-careworkers sabiex itellghu din l-esebizzjoni. Dan ix-xoghol juri potenzjal li seta' baqa' mistur li kieku dawn il-persuni ma nghatawx l-opportunita' li jizviluppaw it-talenti taghhom. Barra minn hekk, dan ix-xoghol huwa metodu ta' terapija li permezz tieghu persuni jistghu jsibu fejqan u mistrieh ghall-problemi taghhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN