Kuncert mid-Duo Kitarristiku "Biraghi - Olivieri" f'Ghawdex
Il-Kumitat Celebrazzjonijiet tal-Millennju fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex, flimkien ma' l-Istitut Kulturali Taljan b'kollaborazzjoni mal-Lukanda Ta' Cenc qeghdin jorganizzaw kuncert kitarristiku mid-duo Francesco Biraghi u Lorenzo Olivieri f'Palazzo Palina, fil-Lukanda Ta' Cenc, f'Sannat, Ghawdex nhar il-Hadd 30 ta' Mejju 1999 fis-7.00 p.m. Biraghi u Olivieri bdew il-kollaborazzjoni taghhom fil-progetti artistici tal-Konservatorju ‘Guido Cantelli' f'Novara, l-Italja. Ir-repertorju taghhom jinkludi ghazla ta' xoghlijiet importanti ta' Camelli, Zani de Ferrante, Rossini - Giuliani, Rodrigo, Granados u De Falla.
Muzika ghal duetti kitarristici hija partikolari u differenti minn duetti miktubin bi strumenti ohra. F'din it-tip ta' muzika, iz-zewg strumenti jalternaw bejn solisti u akkumpanjament waqt li l-ebda wiehed miz-zewg strumenti ma jissupera lil iehor.
Is-serata ta' nhar il-Hadd ser tkun ippreseduta mill-E.T. Il-President ta' Malta, Prof Guido de Marco u ser tkun b'rizq il-Community Chest Fund ta' Malta. Biex wiehed jattendi ghandu jcempel fuq in-numru 556819.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN