Left arrow Go Back

Il-Ministru tal-Biedja u Sajd jipprezenta somma flus lis-Socjeta' tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.)

PR0776
Date Icon 25/05/1999

Dalghodu, il-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit ipprezenta is-somma ta' LM4,166 lir-rapprezentant tas-Socjeta tal-M.U.S.E.U.M., is-Sur Manwel Catania. Dawn kienu l-flus li ngabru waqt l-attivitajiet li organizza l-Ministeru biex jikkommemora il-World Food Day, 1998.

Is-Sur Catania irringrazzja lill-Ministru ta' l-inizjattiva li ttiehdet sabiex setghu jingabru dawn il-fondi. Huwa spjega li dawn diga gew allokati fuq il-progett ta' farm ghat-trobbija ta' l-annimali ghall-qatla f'Murera Ruwiru fil-Kenya, liema progett inbeda f'Settembru ta' l-1998. Bihom inxtrat l-art, inbena l-boundary wall u thaffret l-ewwel bore-hole ghall-ilma. Inbnew ukoll xi kmamar provizorji ghall-annimali.

Il-Ministru ferhilhom tax-xoghol fejjiedi li qed jaghmlu u qal li hija haga sabiha meta tara li l-poplu Malti, mill-kbar sat-tfal, ikunu dejjem lesti biex joffru l-ghajnuna taghhom lil nies li minkejja li ma jafuhomx personalment, ikunu konxji mill-problemi li jiffaccjaw.

Prezenti ghac-cerimonja kien hemm ukoll il-kumitat li ha hsieb il-gbir, immexxi mis-Sur Joseph Galea ic-Chairman ta' l-Kumitat Organizzattiv.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow