Left arrow Mur Lura

Abbozz dwar Ligi tal-Protezzjoni Civili

PR0763
Date Icon 21/05/1999

Ghadu kif gie ppubblikat Abbozz imsejjah l-Att dwar il-Protezzjoni Civili.

Dan l-Abbozz kien diga' gie prezentat fil-Parlament is-sena li ghaddiet, izda ma lahaqx ghadda.

Dan l-Abbozz li jwaqqaf fuq bazi legali l-istruttura tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u l-funzjonijiet taghha, johloq kunsill sabiex jikkordina l-organizzazzjonijiet, agenziji, u forzi ta' l-ordni waqt incidenti ta' kull tip, u jirregola wkoll it-tqassim ta' fondi f'kazijiet ta' dizastri naturali jew incidenti ohra.

L-Abbozz il-gdid nehha l-provvediment legali li bih ghaqdiet volontarji kellhom bzonn il-permess tal-Gvern sabiex jigbru flus ghall-ghajnuna umanitarja f'kazijiet ta' dizastri f'Malta u barra minn Malta. L-abbozz il-gdid ukoll jillimita n-numru tal-membri tal-Kunsill tal-Protezzjoni Civili.

Fl-ahhar nett, l-Abbozz il-gdid qieghed ukoll jassigura li dawk il-Pulizija li jidhlu bala impjegati mal-Protezzjoni Civili ma jitilfu xejn mid-drittijiet tal-pensjoni taghhom li qed igawdu llum, u -servizz mal-Protezzjoni Civili jitqies haga wahda mas-servizz fil-Korp tal-Pulizija ghal skopijiet ta' pensjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow