Left arrow Mur Lura

Il-Vici Prim Ministru Lawrence Gonzi jerga' jistieden lill-Oppozizzjoni biex tippartecipa fil-Kummissjoni dwar il-Pensjonijiet

PR0755
Date Icon 20/05/1999

L-ahhar stqarrija tal-Kap ta' l-Oppozizzjoni, Dr. Alfred Sant, tkompli tikkonferma l-attitudni negattiva li qed tiehu l-Oppozizzjoni fil-konfront ta' problemi li jolqtu l-futur tas-sistemi tas-sostenn li l-Gvern ilu jipprovdi ghal dawn l-ahhar erbghin sena.

Dr. Sant qed jinsa li l-funzjoni tal-Gvern u tal-Partit huma separati. Huwa ghalhekk li l-Gvern qed jheggeg sabiex jigi nnominat persuna minn naha ta' l-Oppozizzjoni. L-ahhar haga li jrid jaghmel dan il-Gvern huwa li jippoliticizza kwestjoni sensittiva u serja bhalma hi dik tal-Welfare. Din hija problema ta' kull Gvern, dak tal-lum u dawk tal-gejjieni.

Niehu l-opportunita sabiex infakkar lil Dr.Alfred Sant li ezattament sena ilu huwa kien waqqaf Kummissjoni Nazzjonali ghall-Edukazzjoni li l-membri taghha gew nominati mill-Kabinett minghajr ma saru konsultazzjonijet. L-istess kien sar fil-kaz tal-Kummissjoni dwar l-Artijiet tal-Gvern, il-Kummissjoni favur il-Moralit'? Fiskali u l-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Familji. Bil-kontra, dan il-Gvern qieghed jistieden lill-Oppozizzjoni biex tippartecipa u biex tressaq is-suggerimenti taghha, anki - jekk trid - suggerimenti sabiex itejbu it-termini tar-riferenza tal-Kummissjoni.

Nerga ntenni l-istedina tieghi lill-Kap ta' l-Opozizzjoni bit-tama li l-Oppozizzjoni tippartecipa b'mod konkret fi process li jassigura skemi ta' sigurt'? socjali li huma ekwi, gusti u sostenibbli, dejjem fl-interess nazzjonali tal-generazzjonijiet prezenti u dawk futuri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow