Left arrow Mur Lura

Inawgurazzjoni ufficjali ta' Day Centre ghall-Anzjani f'Ghawdex

PR0753
Date Icon 20/05/1999

L-Onorevoli Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex, dalghodu inawgurat ufficjalment ta' Day Centre ghall-Anzjani fuq bazi regjonali. It-twaqqif ta' dan ic-Centru kien possibli permezz ta' ftehim u kollaborazzjoni bejn il-Ministeru ghal Ghawdex, il-Caritas fi hdan il-Kurja ta' l-Isqof u l-Kunsilli Lokali tax-Xewkija, Zebbug, Ghajnsielem, Qala, Fontana, St Lawrenz, Munxar u Ghasri.

Fid-diskors taghha l-Onorevoli Giovanna Debono fahhret l-inizjattiva li hadu l-Knisja u l-Kunsilli Lokali Ghawdxin sabiex flimkien mal-Gvern Centrali jinfetah dan ic-Centru propju fis-sena ddedikata lill-Anzjani min-Nazzjonijiet Uniti. Il-Ministru ghal Ghawdex sostniet illi l-anzjani Ghawdxin huma parti integrali mis-socjet'? Ghawdxija li ghadha thaddan valuri ta' ghaqda, wens u solidarjet'?, b'mod specjali fir-rigward ta' l-anzjani.

Il-Ministru Debono appellat lill-anzjani sabiex jiehdu sehem attiv f'dan id-Day Centre, mhux biss b'partecipazzjoni fl-attivitajiet u b'uzu mid-diversi servizzi offruti mic-Centru, izda wkoll bl-involviment taghhom fil-Kumitat Konsultattiv Anzjani tad-Day Centre illi ser jitwaqqaf f'qasir zmien. Permezz ta' dan il-Kumitat, l-Anzjani jkunu jistghu jwasslu l-proposti taghhom lill-Bord tat-Tmexxija tac-Centru li gie mwaqqaf mill-Ministeru ghal Ghawdex. L-Onorevoli Debono awgurat lill-membri ta' dan il-Bord hidma siewja sabiex l-anzjani Ghawdxin ikollhom hajja aktar attiva u mimlija partecipazzjoni f'socjet'? li qed issir dejjem aktar inkluziva.

Il-programm tal-ftuh ta' dan id-Day Centre li ghalih kien ukoll prezenti l-Onor. Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghal Politika Socjali, kien jinkludi l-koncelebrazzjoni tal-Quddiesa u tberik tal-post mill-Eccellenza Tieghu Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof ta' Ghawdex. Kien hemm ukoll varjet'? mtellgha minn anzjani mill-lokalitajiet li qed jiehdu sehem f'dan il-progett. Din il-varjet'? kienet tinkludi qari ta' poeziji, ghana u daqq u rakkonti dwar diversi snajja' tradizzjonali fosthom il-bizzilla, il-ganc, ix-xoghol fil-gebel, ix-xoghol tal-qasab u s-sajd.

Fost l-ohrajn f'dan id-Day Centre ser jigu offruti s-servizzi ta' tobba, podologi u infermiera. Ser jigu mistiedna professjonisti minn diversi oqsma sabiex jitkellmu ma' l-anzjani dwar il-qasam ta' specjalizzazzjoni taghhom. L-attivitajiet tac-Centru ser jinkludu wkoll hargiet socjali, kulturali u rikrejattivi, kif ukoll il-koncelebrazzjoni tal-Quddies fuq bazi regolari.

Id-Day Centre jinsab fl-Istitut ta' San Guzepp, f' Ghajnsielem, Ghawdex, li gie rinovat dan l-ahhar biex ikun aktar adattat ghal uzu minn persuni anzjani. Id-Day Centre ser jiftah darbtejn fil-gimgha bil-partecipazzjoni ta' anzjani minn erba' Kunsilli Lokali kull darba, bil-possibilt'? illi jizdiedu l-granet tal-ftuh skond id-domanda ghal dan is-servizz mill-anzjani. Ic-Centru ser jilqa' l-ewwel anzjani nhar it-Tlieta, 25 ta' Mejju 1999.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow