Left arrow Mur Lura

Ippubblikat abbozz ta' ligi biex jizdied in-numru ta' kuntratti li ghadhom ma gewx ikkonsenjati fl-Arkivji Notarili tal-Gvern

PR0749
Date Icon 19/05/1999

Ghadu kif gie pubblikat Abbozz ta' Ligi Nru.22 bl-iskop li n-numru ta' kuntratti u atti pubblici li ghadhom ma gewx konsenjati fl-Arkivji Notarili tal-Gvern jizdied sostanzjalment. Huwa stmat li mill-inqas hemm 140,000 kuntratti u atti notarili ohra li l-original taghhom ghadu ma giex konsenjat fl-Arkivju tal-Gvern.

Dan gara peress li matul dawn l-ahhar ghexieren ta' snin, il-verifika (‘inspection') li suppost issir mill-Qorti tar-Revizjoni ta' l-Atti Notarili ma lahqitx man-numru ta' kuntratti pubblikati kull sena. Skond il-ligi, l-original tal-kuntratti u atti notarili ma jistax jigi depositat fl-Arkivju tal-Gvern, jekk ma jkunx verifikat mill-Qorti fuq imsemmija.

L-Abbozz ghalhekk jipprovdi ghall-hatra ta' Ufficjal Revizur li jkollu l-kompitu li jispezzjona provvizorjament l-original ta' dawn il-kuntratti u atti notarili sabiex dawn ikunu jistghu jitqieghdu fl-Arkivji tal-Gvern. Dan ix-xoghol hu importanti ghal zewg ragunijiet;

  1. Att Notarili hu att pubbliku; ghalhekk ghandhom jkunu depozitati f' post pubbliku fejn il-pubbliku jista' jarahom, jispezzjonahom u jordna kopji taghhom.
  2. Hu importanti li l-original ta' l-atti ma jibqax fl-ufficcji tan-Nutara. Ghal ragunijiet ta' sigurt'?, dejjem hu ghaqli li l-original ikun f'post (Arkivji tal-Gvern) u l-kopji f' Registri li jkunu f'post iehor (l-Ufficcju tan-Nutar).

Dan l-Abbozz joffri soluzzjoni temporanja ghal problema li ilha tkaxkar is-snin, u li kienet qed taggrava minn sena ghall-ohra. Din il-mizura ghandha tassigura li l-atti notarili kollha fl-iqsar zmien possibbli jsibu ruhhom fl-Arkivji tal-Gvern, fejn imbaghad jistghu jigu spezzjonati mill-Qorti tar-Revizjoni ta' l-Atti Notarili.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow