Left arrow Mur Lura

L-Ufficcju Centrali ta' l-Istatistika jghin lir-Refugjati tal-Kosovo

PR0747
Date Icon 19/05/1999

L-Ufficcju Centrali ta' l-Istatistika, permezz tas-Social and Welfare Committee ta' l-istess Dipartiment, ta donazzjoni ta' Lm100, li ngabru ghar-refugjati tal-Kosovo, lil Fr. Constantino Magro, bhala rapprezentant tal-Patrijiet Dumnikani f'Malta biex jiehdu hsieb li dawn il-flus jaslu fid-destinazzjoni taghhom.

Is-Social and Welfare Committee ta' l-Ufficcju Centrali ta' l-Istatistika huwa maghmul minn 11-il membru eletti direttament mill-haddiema ta' l-istess Dipartiment. L-ghan tat-twaqqif ta' dan il-kumitat hu li jorganizza attivitajiet socjali, kulturali u sportivi, kemm waqt il-hin tal-mistrieh, kif ukoll wara l-hin tax-xoghol. Il-kumitat jara ukoll li t-talbiet ta' l-istaff ma jkunux f'konflitt mas-sistema governattiva, waqt li jiehu hsieb u jinteressa ruhu fil-haddiema tad-dipartiment mil-lat socjali.

Dan il-kumitat, f'isem il-haddiema kollha ta' l-Ufficcju Centrali ta' l-Istatistika, minn zmien ghal zmien, jaghti s-sehem tieghu biex jghin lil dawk li huma inqas ixxurtjati minnha. F'dan il-kaz il-kumitat iddecieda li jaghmel gabra biex jghin lir-refugjati tal-Kosovo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow