Il-Ministeru tas-Sahha jichad li l-amministrazzjoni precedenti xtrat xi lift vans godda
L-ex Ministru tas-Sahha, Dr. Michael Farrugia, gie rrapurtat li qal li matul l-Amministrazzjoni precedenti nxtraw lift vans godda.
Mhux minnu li taht l-Amministrazzjoni precedenti nxtraw xi lift vans. Il-lift vans kienu nkrew minghand il-Garden of Eden ghall-prezz ta' Lm22 kuljum kull wiehed u kienu second hand, mhux godda.
Il-Ministeru tas-Sahha jistieden lil Dr. Farrugia jghid meta inxtraw dawn il-lift vans godda; min fejn inxtraw u fejn qeghdin.
Sa mill-ewwel stqarrija, il-Ministeru tas-Sahha kien qal li l-lift vans li nxtraw issa kienu second handu rikondizzjonati u ghalhekk ma jifhimx ghaliex Dr. Farrugia qal li l-Ministeru kkonferma li ‘dawn kienu second hand.'
Il-Ministeru tas-Sahha m'ghandux ghax jisthi ghax tejjeb is-servizz radikalment, filwaqt li qed jiffranka ghexieren t'eluf ta' liri, li flok imorru f'but wiehed se jintuzaw biex itejbu oqsma ohra tas-sahha.
Filwaqt li l-Ministeru tas-Sahha se jkompli jinforma lill-pubbliku kif qed jintefqu flusu, jistieden lill-Oppozizzjoni biex flok tohloq battibekki bla bzonn, tikkontribwixxi kostruttivament ghal titjib fil-qasam tas-sahha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN