Ir-Red Cross Maltija ser tiftah fergha f'Ghawdex
Wara laqgha li saret fil-Ministeru ghal Ghawdex bejn id-dirigenti tar-Red Cross Society f'Malta u l-Ministru Giovanna Debono, gie deciz li fil-futur qarib ir-Red Cross ser tiftah fergha taghha f'Ghawdex.
Il-Ministru ghal Ghawdex, minbarra li uriet l-apprezzament taghha ghal hidma kbira u volontarja mwettqa mir-Red Cross fuq bazi internazzjonali, uriet ix-xewqa li anke Ghawdex, specjalment fix-xhur tas-sajf, jibbenefika mis-servizzi ta' din is-socjet'?.
F'dan ir-rigward gie deciz li mis-sajf li gej, fix-xhur ta' Lulju u Awissu, ir-Red Cross ser tkun prezenti b'ambulanza f'madwar erba' bajjiet ewlenin f'Ghawdex.
Bhala thejjija u biex tinholoq kuxjenza dwar dan is-servizz, ir-Red Cross, flimkien mal-Ministeru ghal Ghawdex, ser jorganizza zjajjar u tahditiet fl-iskejjel ta' Ghawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN