Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni iwiegeb lill-Oppozizzjoni dwar is-sitwazzjoni fl-iskejjel illum

PR0736
Date Icon 17/05/1999

B'referenza ghall-istqarrija li l-Onor Evarist Bartolo hareg dwar nuqqasijiet fl-iskejjel tal-gvern, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jfakkar li s'issa qed tithaddem l-istess sistema li haddem l-onor. Evarist Bartolo fiz-zmien li hu kien Ministru ta' l-Edukazzjoni. L-istqarrija tieghu tikkonferma li hu ftit li xejn biddel mill-istruttura biex in-nuqqasijiet li semma' jittaffew b'xi mod.

Min-naha tieghu, il-Ministru Louis Galea, mill-ewwel irrikonoxxa d-diffikultajiet li kienu jezistu f'diversi skejjel tal-Gvern fil-qasam ta' l-indafa u ta' l-amministrazzjoni, u minflok ma ccassa quddiemhom ha passi serji biex dawn id-deficjenzi jibdew jigu kkoreguti.

Wara r-rapport imsemmi fl-istqarrija tal-Kelliem Ewlieni ta' l-Oppozizzjoni dwar l-Edukazzjoni, sar ezercizzju ta' redeployment tal-minor staff li rrizulta li n-nuqqas ta' cleaners u handymen ma kien xejn allarmanti f'dak li hu numru. Il-problema hi wahda ta' dixxiplina u burokrazija u ghaldaqstant qed jigi studjat il-metodu kif isir redeployment ahjar tar-rizorsi umani li diga jezistu. Barra minn hekk, minn Frar li ghadda, bosta skejjel inghataw il-fakulta li l-Kunsill Skolastiku jimpjega n-numru ta' casual cleaners li ghandu bzonn ghall-iskola tieghu, mizura li kienet iddahhlet fi zmien amministrazzjoni precedenti Nazzjonalista.

L-istess jista' jinghad ghall-qasam ta' l-istaff klerikali fl-iskejjel. Il-Ministru Galea, haseb biex anki f'dan ir-rigward jaghti l-fakulta lill-istess Kunsilli Skolastici biex jimpjegaw Casual Clerks kull fejn kien hemm il-htiega. Barra minn hekk fuq proposta li l-MUT ghamlet sa minn zmien li l-Onor.Bartolo kien ilu Ministru, il-Ministru Louis Galea dahal f'diskussjoni ma' l-MPO dwar il-hatra ta' School Secretaries li barra x-xoghol klerikali jkunu jistghu wkoll jghinu lill-Kapijiet ta' l-Iskejjel fl-amministrazzjoni ta' l-iskola biex dawn b'hekk ikollhom aktar hin ghal dmirijiet professjonali fejn ghandu x'jaqsam kurrikulum u t-taghlim.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow