Left arrow Mur Lura

Il-Ministru tas-Sahha jwiegeb kummenti ta' l-Oppozizzjoni dwar ix-xiri ta' Lift Vans

PR0735
Date Icon 17/05/1999

B'referenza ghal dak li gie rrapurtat li qal l-ex Ministru tas-Sahha, dwar ix-xiri tal-lift vans, dan il-Ministeru jrid jiccara li Dr. Michael Farrugia mhux infurmat b'dak li sar matul l-ahhar snin.

Mhux minnu li l-lift vans inxtraw u issa l-Gvern irid jirrangahom. Il-lift vans inxtraw lesti u rikondizzjonati u ghandhom sena garanzija. Jekk irid l-ex Ministru jista' jara b'ghajnejh il-kundizzjoni perfetta li jinsabu fiha dawn il-vannijiet. Il-pazjenti li jaghmlu uzu minn dawn il-vannijiet diga' bdew iduqu l-qabza fil-kwalit'?.

Delegazzjoni mid-Dipartimet tas-Sahha marret l-Ingilterra u spezzjonat diversi vannijiet li kienu gew prezentati lid-Dipartimet.

Fi zmien l-Amministrazzjoni precedenti l-lift vans li skond l-ex Ministru tas-Sahha kienu ser jinxtraw godda, kienu ser ikunu finanzjati mic-Cina. Wara stennija twila ma sar xejn u t-tender li kien inhareg waqa'. Dan fisser li l-pazjenti baqghu jingarru f'lift vans perikoluzi, kif kien jghid l-istess rapport li ghamel riferenza ghalih l-ex-Ministru tas-Sahha. Il-Ministeru tal-Finanzi fi zmien l-Amministrazzjoni precedenti, kien ta parir lill-ex-Ministru biex ihalli l-pazjenti jibqghu juzaw il-lift vans l-antiki. Dan johrog minn ittra mibghuta f'Mejju ta' l-1997.

Id-Divizjoni tas-Sahha hadet id-decizjoni li tixtri dawn il-lift vans minhabba, li wara sejha li nharget ghal vannijiet godda, l-offerta li kellu d-Dipartiment kienet li jixtri l-vannijet u wara jrid ikun hu li jinstalla l-lift u jadottahom bhala lift vans. Dan ma kienx accettabbli.

Wiehed jistaqsi, ghaliex meta ttiehdet id-decizjoni li jinkrew lift vans, ghal prezz ta' Lm22 kuljum kull van, fi zmien l-Amministrazzjoni precedenti ma hargitx sejha ghall-offerti? Ghaliex l-ewwel lift vaninkera f'April 1997 u l-ohrajn f'Ottubru 1997? Forsi l-garaxx maghzul kien ghad ma kellux 3 vannijiet kif ried id-Dipartiment u ghalhekk wiehed ried jistenna biex dan il-garaxx ikun jista' igib iz-zewg lift vans l-ohra, b'detriment ghas-servizz moghti lill-pazjent?

Il-Ministeru tas-Sahha prezenti jiskanta kif l-ex Ministru jghid li dan il-Gvern qed jixxahhah mal-pazjent, meta kien il-Ministru prezenti li fl-ewwel gurnata tieghu nehha it-taxxa anti-socjali fuq il-medicini b'xejn. Il-Ministeru jerga' jtenni li l-lum il-pazjenti qed igawdu qabza fil-kwalit'? u l-Gvern fl-istess hin se jonfoq inqas.

Il-Ministeru tas-Sahha jrid jiccara wkoll li l-Ministru Dr.Louis Deguara, qed jaghmel uzu mill-istess karozza li kien juza l-ex Ministru tas-Sahha, u ma nxtrat l-ebda vettura gdida kif kien allegat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow