Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd se jispjega l-Policy tal-Gvern ghas-settur tat-trobbija tan-nahal
Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, l-Onor. Ninu Zammit, ser jispjega l-policy li biha l-Gvern ser jgħin lill-dawk li jrabbu n-naħal jew kienu jrabbu n-nahal, waqt laqgha li se ssir nhar il-Gimgha.
Bil-ħsieb li l-industrija tat-Trobbija tan-Naħal, il-produzzjoni ta' l-għasel Malti, u d-dakra tas-si'ar tal-frott u ħxejjex jer'għu jqumu fuq saqajhom, il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, flimkien mas-Sezzjoni tat-Trobbija tan-Naħal qed jorganizza laqgħa għal dawk kollha li jrabbu n-naħal, jew għandhom interess li dan jitrabba.
Il-laqgha se ssir fis-sala tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Mejju 1999, fis-7 ta' fil-għaxija.
Ghaldaqstant, dawk involuti f'dan is-settur huma mistiedna jattendu u jipparteċipaw f'din il-laqgħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN