Left arrow Go Back

Il-Gvern ser ihares il-Bini Storiku tal-Kottonera

PR0730
Date Icon 15/05/1999

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li nhar it-Tnejn li 'ej, fil-Parlament, se jressaq emendi għall-kuntratt li sar b'konnessjoni mal-pro'ett tal-Kottonera biex ikun assigurat li ma jsirux penthouses jew residenzi oħra fuq il-bini storiku kollu tal-Kottonera li se jkun jifforma parti minn dan il-pro'ett. B'hekk il-Gvern se jieħu l-miżuri kollha meħtie'a biex iħares il-bini storiku tal-Kottonera.

Il-Ministru Zammit Dimech kien qed jitkellem waqt żjara li għamel lill-wirja internazzjonali tad-dgħajjes fil-Birgu, fejn qed jintwerew ukoll pjanti u disinji li saru miż-żew' konsorzji li se jwettqu dan il-pro'ett – il-Cottonera Waterfront Group u l-Port Cottonera Consortium.

Hu qal li l-emendi għall-kuntratt se jitressqu wara diskussjonijiet li hu kellu l-bieraħ maż-żew' konsorzji li se jaħdmu fuq il-pro'ett tal-Kottonera.

Diskussjonijiet pożittivi u kordjali oħra saru wkoll mal-Cottonera Waterfront Group u mal-Kunsill Lokali tal-Kalkara fejn sar qbil li jsiru laqgħat regolari bejniethom biex tinstab soluzzjoni għar-rigward tal-proposta li kienet saret biex jitwaqqfu faċilitajiet għall-hardstanding tal-jottijiet fil-Kalkara.

Fil-laqgħa tal-bieraħ kienu indikati żew' siti alternattivi li jistgħu jkunu aċċettabbli għall-partijiet kollha. Minn naħa tiegħu, kompla l-Ministru Zammit Dimech, il-Gvern tenna l-impenn tiegħu li jħares bl-aktar mod pożittiv is-sbuħija tal-Bajja tal-Kalkara.

Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għad-diskussjoni li saret dwar dan il-pro'ett matul din il-'imgħa fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, u qal li din kienet l-ewwel darba li kuntratt ta' din ix-xorta kien eżaminat u diskuss b'dan il-mod mill-aktar miftuħ u trasparenti f'Kumitat tal-Parlament. Dan minbarra d-diskussjoni dwaru li se ter'a' ssir fil-jiem li 'ejjin. B'hekk ukoll il-Gvern baqa' konsistenti mal-proposta li kien għamel kważi sena ilu lill-Gvern preċedenti biex jissottometti quddiem Kumitat tal-Kamra l-ftehim li kien ressaq għad-diskussjoni fil-Parlament.

Hu qal ukoll li la darba dan il-kuntratt ikun approvat mill-Parlament jibdew jitressqu l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar ħalli l-pro'ett jibda jitwettaq u b'hekk ikun jista' jingħata wkoll bidu għar-ri'enerazzjoni tal-Kottonera.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow