Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ta' l-Intern jinawgura ic-Civil Protection "Open Weekend"

PR0723
Date Icon 14/05/1999

Il-Ministru ta' l-Intern, Dr. Tonio Borg, dalghodu fetah ufficjalment is-Civil Protection Open Week-endfil-bini tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, f'Hal Far. Din l-attivit'? se tibqa' sejra sa nhar il-Hadd u l-pubbliku huwa mistieden li jattendi.

Il-gurnata tal-lum kienet immirata ghat-tfal ta' l-iskola fejn madwar 1,100 tifel u tifla attendew ghal dimostrazzjonijiet mill-haddiema tad-Dipartiment. Tfal ta' bejn it-8 u 11-il sena mill-iskejjel ta' l-istat, privati u tal-Knisja kienu mistiedna jattendu akkumpanjati mill-ghalliema taghhom.

Il-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg, f'kelmtejn qosra li ghamel fic-cerimonja tal-ftuh, irringrazzja lill-istudenti talli attendew u heggihom biex isiru jafu aktar lil dawk in-nies li jissugraw hajjithom biex jipprotegu lil pajjizna minn dizastri naturali jew maghmulha mill-bniedem. Huwa appella wkoll ghall-attenzjoni fid-djar biex wiehed jevita incidenti li jista' jkollhom konsegwenzi serji.

Il-Ministru fakkar ukoll fl-ghajnuna li kien ta l-Gvern Taljan biex Malta tkun tista' tixtri t-taghmir ghall-Protezzjoni Civili, bhal 27 fire trucks godda, erba' bicciet tal-bahar li jintuzaw l-aktar f'kaz ta' incendji fuq il-bahar u t-tniggiz taz-zejt, bini ta' fire stations godda u tahrig ghall-personnel tad-Dipartiment. L-ghajnuna kienet tammonta ghal aktar minn Lm7 miljuni.

L-ewwel siegha tad-dimostrazzjoni ta' dalghodu kienet iddedikata lill-edukazzjoni preventiva dwar is-sigurt'? f'kaz ta' nirien. Tqassmu wkoll ghadd ta' leaflets b'informazzjoni utli dwar kif wiehed ghandu jevita n-nirien, x'mizuri ta' sikurezza wiehed ghandu jiehu fid-dar kif ukoll gwida ghall-anzjani f'kaz ta' periklu fid-dar. Il-leaflets thejjew mill-Ministeru ta' l-Intern u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.

Il-haddiema tad-Dipartiment wettqu zewg dimostrazzjonijiet ta' tifi tan-nar, wahda minnhom permezz tal-helicopter, u warajha wettqu wkoll dimostrazzjoni ta' salvatagg.

Fil-bini tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili f'Hal Far, kien hemm esibiti s-27 fire trucks godda li ghandu ghad-dispozizzjoni tieghu d-Dipartiment. It-tfal thallew jirkbu fil-fire trucks, fejn nies mid-Dipartiment hadu hsieb jispjegawlhom kif jahdmu u x'isir f'kaz ta' hruq.

Fl-attivit'? tal-lum hadu sehem ukoll ghadd ta' organizzazzjonijiet volontarji bhas-Socjet'? Maltija tas-Salib l-Ahmar, is-St John Rescue Corps, ir-Royal Life Saving Society, l-Assocjazzjoni tal-iScouts, l-Assocjazzjoni Maltija tal-Girl Guides, il-YMCA Special Rescue Group, kif ukoll id-Dipartiment ta' l-Emergenza ta' l-Isptar San Luqa.

Ghall-attivit'? kien prezenti wkoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern, il-Perit George Pullicino, rapprezentant ta' l-Ambaxxata Taljana f'Malta u l-Kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, is-Sur Peter Cordina.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow