Left arrow Mur Lura

L-Ambaxxatur gdid ta' Malta ghall-Italja jipprezenta l-kredenzjali tieghu lill-President Taljan

PR0719
Date Icon 14/05/1999

L-Ambaxxatur gdid ta' Malta ghall-Italja, Dott. Joseph Cassar ipprezenta l-kredenzjali tieghu lill-President Oscar Luigi Scalfaro, wara nofs-in-nhar ta' nhar it-Tlieta, 11 ta' Mejju 1999, waqt cerimonja li saret fil-Palazz Presidenzjali tal-Quirinale, f'Ruma.

Il-President Scalfaro kien akkumpanjat minn diversi ufficjali gholja tal-Presidenza, kif ukoll mill-Onor. Patrizia Toia, Sotto-Segretarju fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. L-Ambaxxatur Cassar kien akkumpanjat mid-diplomatici Maltin fl-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma.

F'laqgha privata bejn il-President Scalfaro u l-Ambaxxatur Malti immedjatament wara l-presentazzjoni tal-kredenzjali, il-President Taljan esprima sentimenti ta' hbiberija u stima tieghu personali u tal-poplu Taljan lejn Malta u awgura li r-relazzjonijiet eccellenti li jezistu bejn iz-zewg pajjizi jkomplu dejjem jissahhu. L-Ambaxxatur Malti, filwaqt li rreciproka dawn is-sentimenti sbieh, stqarr li hu fiducjuz li dan l-ispirtu ta' hbiberija u kollaborazzjoni ser jibqa' janima r-relazzjonijiet specjali li dejjem kien hemm bejn l-Italja u Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow