Left arrow Mur Lura

Jaslu 8 Lift Vans ghad-Dipartiment tas-Sahha

PR0718
Date Icon 14/05/1999

Il-bierah wara nofsinhar, id-Dipartiment tas-Sahha rcieva 8 lift vans li xtara second hand u rikondizzjonati mill-Ingilterra. Dawn il-lift vans ser jintuzaw biex iwasslu lill-pazjenti minn djarhom ghall-isptar u vici versa u ghandhom il-facilit'? li jgorru pazjenti li jaghmlu uzu minn siggu bir-roti.

Tnejn minn dawn il-lift vans ser jinghataw lill-Ministeru ghal Politika Socjali biex jintuzaw mir-Residenza San Vincenz de Paule.

Sal-lum id-Dipartiment kien jaghmel uzu minn sitt lift vans antiki hafna, li tlieta minnhom kienu qed jinkrew ghall-prezz ta' Lm22 kuljum, kull wiehed, mill-privat.

Il-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, f'Ottubru li ghadda kien ikkritika d-decizjoni tal-Gvern precedenti li kera dawn il-lift vans bi prezz daqshekk gholi, meta kien maghruf li dawn jistghu jinxtraw mir-Renju Unit bi prezz ragjonevoli. Fil-fatt, l-amministrazzjoni precedenti injorat parir li kellha biex tixtri dawn il-vannijiet mill-Ingilterra. Il-kiri ta' dawn il-vannijiet kien sar minghajr hrug ta' offerti u kienu inkrew minghand il-Garden of Eden. Van minnhom kien inkera f'April ta' l-1997, filwaqt li t-tnejn l-ohra inkrew f'Ottubru ta' l-1997. Sal-lum il-Gvern kellu jhallas is-somma ta' aktar minn Lm43,000 biex seta' jaghmel uzu minn dawn il-vannijiet.

Il-vannijiet li nxtraw mill-Ingilterra swew lill-Gvern anqas minn Lm9,000 kull wiehed; dan ifisser li mhux biss il-Gvern hallas hafna anqas ghal kull van milli swew il-kirjiet ta' kull van mill-1997 'l hawn, imma talli ghandu ghad-dispozizzjoni tieghu vannijiet moderni u iktar komdi.

F'kummenti li ta l-Ministru Louis Deguara qal li m'ghandux dubju li s-servizzi provduti fil-qasam tas-sahha huma tajbin hafna. Hu sostna li huma s-servizzi ancillari li wiehed isib x'jikkritika fihom u ghalhekk il-Gvern qed jimpenja ruhu li dawn jitrangaw u jkunu aktar efficjenti. F'dan il-kaz il-pazjent se jkun moqdi ahjar u fl-istess hin il-Gvern se jhallas hafna anqas. Ix-xiri ta' dawn il-vannijiet, kompla jghid Louis Deguara, huma konferma ta' dan l-impenn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow