Imnedija CD-ROM tal-Ligijiet ta' Malta
Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, qal li l-izviluppi fit-teknologija ta' l-informatika li qed isehhu fid-dinja tal-lum huma importanti u li wiehed ma jistax ma juzax mezzi bhal dawn sabiex jaghti servizz ahjar.
"Kien ghalhekk li l-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali flimkien mal-Kummissjoni tal-Ligijiet, f'dawn l-ahhar xhur hadmu – bil-kollaborazzjoni tal-MITTS – fuq progett li, permezz tieghu, il-ligijiet kollha ta' pajjizna se jingabru fuq CD-ROM 'Ligijiet ta' Malta' " qal Dr. Gatt, waqt media launch ta' din is-CD-ROM, li saret fl-ufficcju tieghu f'Kastilja.
F'introduzzjoni li ghamel, Dr. Gatt spjega kif din l-inizjattiva se taghmilha possibbli lil dawk kollha li fil-professjoni taghhom jaghmlu referenza ghall-ligijiet ta' pajjizna, li permezz ta' din is-CD-ROM se jkollhom access aktar facli u efficjenti fil-hidma taghhom ta' kuljum.
Huwa qal ukoll li l-facilitajiet kollha li huma inkluzi f'din is-CD-ROM jaghmluha l-ahjar wahda fis-suq, u bl-orhos prezz.
Din se tkun tinkludi l-ligijiet kollha li kienu fis-sehh sa l-ewwel ta' Jannar ta' din is-sena kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliz, u kif ukoll l-emendi kollha tal-ligijiet li gew fis-sehh sal-15 ta' Marzu li ghadda, bl-istess format bhal ligijiet stampati. Is-CD-ROM ghandha wkoll il-facilit'? kemm ta' ‘Werrej Kronologiku' u kif ukoll ta' ‘Werrej Analitiku' li permezz taghhom, wiehed jista' jfittex ligi kemm bl-isem taghha u kif ukoll permezz tan-numru ta' l-Att partikolari.
Din is-CD-ROM tuza l-Acrobat Reader bhala Software - kemm bhala Viewer u kemm bhala Search Engine. L-Acrobat huwa wiehed mill-aktar software packages popolari u sofistikat li jezisti fis-suq bhalissa u jinkludi karattersitici bhal m'huma:
- Search Facilities - fejn wiehed jista' jfittex kemm ghal kelma partikolari f'sezzjoni, parti jew ligi wahda, jew f'numru ta' ligijiet. Wiehed jista'
jfittex ukoll sentenza jew grupp ta' kliem bl-istess mod.
- Viewer Tools - bhal m'huma zoom, magnification u screen panning
- Multiple Views - li jippermettilek li tara aktar minn ligi wahda f'hin wiehed.
- Printing - li tkun tista' tipproduci kopja ezatta tal-Ligi jew parti minnha.
- Windows Based - l-Acrobat Reader jista' jintuza fuq kwalunkwe kompjuter li ghandu s-sistema Windows, bhal per ezampju Windows 3.1, Windows 3.11, Windows 95, Windows 98 u Windows NT. Dan ifisser li karatteristici li
huma bazici fil-Windows, bhal cut, copy u paste jistghu jintuzaw ukoll.
- Maltese Characters- minhabba li ittri uzati fil-Malti huma inkluzi fil-programm, m'hemmx bzonn ta' xi programmi ohrajn ghal dan il-ghan.
- Online Help - Il-programm ghandu fih facilit'? ta' ghajnuna li tiggwidak fejn thoss il-htiega, fl-istess hin li tkun qed tuza is-CD-ROM.
Karatteristika ohra interessanti huma l-mapep tal-Kunsilli Lokali li huma annessi mal-Ligi tal-Kunsilli Lokali u li huma riprodotti fuq is-CD-ROM bi stampi high resolution.
Dr. Gatt zied jghid ukoll li l-Ministeru ghandu hsieb li jkompli jahdem u jzid il-facilitajiet u l-inizjattivi dwar dan il-progett, fosthom dik li permezz ta' l-Internet, ikun hemm updatesregolari kull sitt xhur, u li l-emendi li jsiru f'ligijiet ikunu accessibbli bl-Internet fi zmien ftit jiem. Hemm ukoll il-hsieb li jizdiedu l-facilitajiet fuq is-CD-ROM permezz ta' dak li jissejjah Hyperlink li hija cross-reference awtomatika bejn sezzjonijiet ta' diversi ligijiet.
Inizjattiva ohra hija dik li jkunu inkluzi wkoll il-werrej ta' Sentenzi tal-Qrati sa l-ahhar ta' din is-sena u li jkunu riprodotti partijiet minnhom; u kif ukoll is-Sentenzi kollha moghtija wara l-1 ta' Jannar tas-sena 2000. Dan minbarra li hemm il-hsieb li anke legislazzjoni sussidjarja tkun inkluza fil-hargiet li jmiss ta' din is-CD-ROM.
Il-Ministru Gatt temm jghid li l-prezz, ta' Lm40, ta' din is-CD-ROM, huwa pjuttost irhis u jinkludi wkoll l-ewwel update li jkun b'xejn. Dawk kollha li jixtiequ jixtru din is-CD ROM, u kif ukoll dawk kollha li bbukjaw kopja jistghu jaghmlu dan minn nhar it-Tnejn li gej, billi jmorru l-Ministeru tal-Gustizzja, Palazzo Verdelin, Triq l-Arcisqof, Valletta.
"Huma inizjattivi bhal dawn li jkomplu jghinu biex dawk kollha li jaghmlu uzu mill-Ligijiet ta' pajjizna jitpoggew f'qaghda ahjar sabiex fil-professjoni taghhom jaqdu dejjem ahjar lill-pubbliku," temm jghid il-Ministru Gatt.
Prezenti ghal din il-media launch attendew l-Avukat Generali, Dr. Anthony Borg Barthet, il-President tal-Kummissjoni tal-Ligijiet, Dr. Edgar Mizzi, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, is-Sur Godfrey Demarco, il-President tal-Kamra ta' l-Avukati, il-Prof. Ren'? Cremona, u rapprezentant ta' l-istudenti tal-Ligi.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN