Laqgha ta' l-Onor. Edwin Vassallo ma' l-Assocjazzjoni tal-Bejjiegha tal-Laham
Fl-laqgha li kellu l-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, ma' l-ufficjali tal-kumitat il-gdid ta' l-Assocjazzjoni tal-Bejjiegha tal-Laham, gew diskussi l-problemi li qeghdin jiltaqghu maghhom dawn il-bejjiegha.
Intlahaq qbil li l-bejgh tal-laham frisk mill-hwienet ghandu jitqies bhala sengha, fejn l-attenzjoni lill-konsumatur ghandha tinghata prijorit'?. Din l-attenzjoni tkun tiswa l-aktar fejn tidhol l-indafa fil-hanut u fis-servizz kollu sa kemm il-laham ikun gie mibjugh, kif ukoll l-edukazzjoni tal-konsumatur biex jaghraf jixtri bil-ghaqal u jkun kapaci jaghraf il-vantaggi ta' xiri ta' laham frisk minn dak tal-friza.
L-Assocjazzjoni tal-Bejjiegha tal-Laham issostni li permezz ta' kampanja edukattiva, is-sengha tal-bejgh ta' laham ghandha terga' tirbah postha fis-suq.
Is-Segretarju Parlamentari sostna ma' l-ufficjali tal-kumitat li gew izuruh li "l-kompetizzjoni issahhah is-suq, izda l-kompetizzjoni ghandha tkun gusta. Bhala Gvern irridu naraw li jkollna ligijiet li jiggarantixxu kompetizzjoni gusta fis-suq. Fattur iehor importanti li rridu ngharfu, huwa li nkunu konxji mill-obbligi taghna lejn il-konsumatur skond kif jidhru fil-licenzja tan-negozju."
Ghalhekk ser issir laqgha ghall-bejjiegha tal-laham kollha, li ser tkun il-bidu ta' konsultazzjoni dwar l-aggornament fil-licenzji tan-negozju tal-bejgh tal-laham. Din il-laqgha ser issr nhar it-Tlieta, 18 ta' Mejju 1999, fis-7.00p.m. fil-Sala tal-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, Auberge d'Aragon, il-Belt Valletta, u li ghaliha huma mistiedna l-bejjiegha tal-laham kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN