Tnedija ta' Quality Service Charters f'Ghawdex
Il-Kap tas-Servizz Pubbliku, is-Sur J. R. Grima, u s-Segretarju Permanenti għal '?awdex, is-Sur Frank J. Psaila, illum inawguraw il-Quality Service Charters għat-Taqsima ta' l-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali u għaċ-Ċentru ta' l-Eżamijiet f''?awdex.
It-tnedija ta' dawn iċ-Charters qed issir waqt il-Ġimgħa tas-Servizz Pubbliku, li din is-sena qiegħda ssir bejn l-10 u s-17 ta' Mejju.
It-Taqsima ta' l-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali toffri għadd ta' servizzi lil numru dejjem jikber ta' anzjani f''?awdex kif ukoll lil persuni bi bżonnijiet speċjali. L-iktar servizz popolari huwa dak ta' l-‘'?ajnuna fid-Dar' b'aktar minn 850 benefiċjarju, li bejniethom jirċievu madwar 3,200 siegħa ta' għajnuna fil-'imgħa. Din is-sezzjoni toffri wkoll is-servizzi tat-Telecare u tal-Handyman u ta' għajnuna lil persuni bi problema ta' inkontinenza.
Is-Service Charter tat-Taqsima ta' l-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali jgħarraf lill-pubbliku dwar it-tip ta' servizzi li toffri din it-taqsima, jispjega min hu eli'ibbli li japplika għal dawn is-servizzi u wieħed x'għandu jagħmel biex jingħata s-servizz. Fiċ-Charter il-pubbliku jista' jsib ukoll informazzjoni dwar il-livell ta' servizz li għandu jistenna meta jmur biex jinqeda u x'jist'? jagħmel jekk ma jkunx kuntent bil-mod kif 'ie moqdi mill-istaff tat-Taqsima.
Min-naħa l-oħra, iċ-Ċentru ta' l-Eżamijiet f''?awdex joffri numru ta' servizzi lil studenti. Fost dawn is-servizzi, iċ-Ċentru jilqa' applikazzjonijiet, jippubblika riżultati ta' eżamijiet, iqassam ċertifikati u joffri aċċess għas-sillabi u l-karti ta' eżamijiet tas-snin ta' qabel. Barra minn dan, iċ-Ċentru jagħmel arran'amenti speċjali għal persuni bi bżonnijiet speċjali u joffri servizz ta' pariri lil studenti.
L-għan taċ-Ċentru ta' l-Eżamijiet f''?awdex hu li jagħti l-aħjar servizz lil studenti, 'enituri u għalliema. Iċ-Ċentru dejjem lest li jilqa' l-kummenti u s-su''erimenti ta' kulhadd. Il-pubbliku jista' jgħin liċ-Ċentru jtejjeb is-servizzi tiegħu billi jimla' feedback form li jista' jhalli f'kaxxa apposta fiċ-Ċentru.
Kopji ta' dawn is-Service Charters jistgħu jinkisbu mit-Taqsima għall-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali fi ħdan id-Dipartiment tal-Customer Services, fil-Ministeru għal '?awdex u miċ-Ċentru ta' l-Eżamijiet f'Victoria.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN