Left arrow Mur Lura

Il-kompetizzjoni ssahhah is-servizz u ttejjeb il-kwalita - Edwin Vassallo Segretarju Parlamentari

PR0695
Date Icon 11/05/1999

"Ir-rohs fir-rati ta' self, ghalkemm minimu min-naha tal-BOV, huwa l-bidu ta' prova kemm il-kompetizzjoni ser twassal ghal aktar efficjenza u titjib fis-servizz bi kwalita' tas-settur bankarju." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fl-laqgha li kellu ma' numru ta' self-employed fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici.

"Minn meta tkellimna mall-Banek dejjem shaqna dwar l-importanza li titjieb l-efficjenza fis-servizz u tinghata aktar importanza lill-kompetizzjoni. Bl-izvilupp li qed isehh dan l-ahhar fejn il-Banek Kummercjali Maltin qed jissiehbu ma' banek ohrajn internazzjonali, zgur li l-kompetizzjoni ser issir wahda aktar reali. Id-decizjoni li wasslet lill-BOV biex irahhas ir-rati tas-self zgur li hija l-ahjar decizjoni li permezz taghha il-BOV qed ihejju ghall-kompetizzjoni. Dan ser ikun ta' gid ghas-settur tan-negozju li dejjem jistenna li jkollu l-ahjar servizz mis-settur bankarju," kompla jghid is-Segretarju Parlamentari.

Il-Banek huma l-aqwa imsiehba fin-negozju u aktar ma jkunu l-banek bl-inizjattivi taghhom, aktar ser ikun mghejjun is-settur tan-negozju biex jilqa' l-isfidi tas-suq. Ghalhekk is-decizjoni tal-Gvern fl-ghazla ta' l-H.S.B.C. ghandha twassal biex, fis-settur bankarju, il-kompetizzjoni tkun reali u l-investiment fin-negozju jkun priorita'", tenna s-Sur Vassallo.

Is-Segrertarju Parlamentari Edwin Vassallo ta dawn il-kummenti waqt laqgha ma' grupp ta'negozjanti li fiha kien qed jigi diskuss is-servizz bankarju f'pajjizna. Hu awgura li jkun hemm aktar inizjattivi minn banek ohra li jkun ta' gid ghan-negozjanti, s-self-employed u s-settur kummercjali kollu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow