Left arrow Mur Lura

Ir-Repubblika Ceka tqis lil Malta bhala wiehed mill-iktar pajjizi avvanzati fil-process ta' shubija fl-Unjoni Ewropea

PR0694
Date Icon 11/05/1999

Il-Prim Ministru Cek Milos Zeman qal li għar-Repubblika Ceka, Malta tinsab fost il-pajjiżi li huma l-aktar avvanzati fil-proċess ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea. Huwa qal li m'għandu jkun hemm l-ebda diffikult'? sabiex Malta ssib postha bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni. Dan ħare' wara laqgħa li l-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kellu dalgħodu mal-Prim Ministru tar-Repubblika Ceka Milos Zeman fi Praga.

Il-laqgħa bejn iż-żew' Prim Ministri damet 45 minuta u saret fl-ufficcju tal-Prim Ministru Cek fil-bini tal-Parlament. Iż-żew' naħat tkellmu fit-tul dwar l-isforzi li qed jagħmlu ż-żew' pajjiżi għal sħubiha fl-Unjoni Ewropea kif ukoll dwar l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żew' naħat.

Il-Prim Ministru Zeman qal li għar-Repubblika Ceka, Malta m'għandhiex ikollha diffikultajiet biex issir membru u esprima l-opinjoni tiegħu li Malta hija preparata sew għal sħubija. Qal li kemm it-tradizzjoni demokratika kif ukoll l-ekonomija stabbli li tgawdi Malta huma ingredjenti ewlenin li qed ipo''u lil Malta bħala kandidat preparat.

Iż-żew' naħat iddiskutew ukoll il-preparamenti li qed isiru miż-żew' pajjiżi fosthom il-proċess ta'screening li bħalissa ż-żew' pajjiżi għaddejjin minnu kif ukoll il-proċess ta' negozjati li r-Repubblika Ceka għadha kif bdiet.

Il-Prim Ministru Zeman qal li l-Gvern Cek bħalissa għaddej bi programm ta' ristrutturazzjoni ekonomika li qed jinvolvi wkoll il-liberalizzazzjoni ta' l-ekonomija u l-privatizzazzjoni ta' diversi setturi fosthom tas-settur bankarju.

Dan qed isir anki billi jinstabu strategic partners sabiex ikunu jistgħu jdaħħlu aktar kompetizzjoni u effiċjenza fil-pajjiż. Il-Prim Ministru Zeman qal li huwa jsegwi ħafna dak li ji'ri f'Malta u qal li kien sorpriż ħafna bil-fatt li l-Gvern Laburista kien waqqaf it-triq ta' Malta għal sħubija. Qal li l-gvern tiegħu li huwa ta' twemmin Soċjal Demokratiku wkoll jemmen bis-sħiħ li sħubija fl-Unjoni Ewropea tkun ta' benefiċċju kbir għal pajjiżu.

F'kummenti lill-'urnalisti wara l-laqgħa, il-Prim Ministru Malti Eddie Fenech Adami qal li din il-laqgħa serviet sabiex iż-żew' pajjiżi jiddiskutu l-progress li qed jagħmlu lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Qal li spjega l-programm ta' tibdil li ilu għaddej bih il-pajjiż tul dawn l-aħħar tnax-il sena u l-proċess ta' liberalizzazzjoni u ta' privatizzazzjoni li għaddej minnu l-pajjiż bħalissa. Dr Fenech Adami qal li ddiskuta wkoll il-possibilit'? ta' iżjed investiment barrani fiż-żew' pajjiżi.

Ta' min jgħid li l-Grupp Malti Corinthia bħalissa għandu investiment kbir fir-Repubblika Ceka.

Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami qal li d-diskussjoni kienet waħda utli ħafna u l-Prim Ministru Cek apprezza s-sitwazzjoni li għaddejja minnha Malta li ddeskriviha bħala wieħed mill-aktar pajjiżi stabbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow