Left arrow Mur Lura

Il-Ministru tat-Turizmu Dr. Michael refalo ghal tahdidiet ma' operaturi turistici fi Praga

PR0693
Date Icon 11/05/1999

Il-Ministru ghat-Turizmu, Michael Refalo, telaq minn Malta l-lejla biex jinghaqad mal-Prim Ministru, Eddie Fenech Adami, li jinsab fuq zjara fir-Repubblika Ceka. Matul iz-zjara, il-Ministru Refalo mistenni ikollu tahditiet ma' operaturi turistici fi Praga, bil-ghan li jissahhah is-suq turistiku lejn Malta.

L-AirMalta bdiet titjiriet diretti bejn Malta u l-kapitali Ceka u mistennija zieda fin-numru ta' turisti li jzuru Malta minn dak il-pajjiz. Fi Praga, matul il-Malta Week, qeghdin jittellghu tliet wirjiet, wahda dwar it-tempji neolitici, u ohrajn ta' xoghlijiet tal-pittur Luciano Micallef u ta' fotografija minn Daniel Cilia. Fit-toroq ewlenin ta' Praga ser jittellghu rapprezentazzjonijiet storici mill-NTOM.

Ic-Chairman tal-NTOM, l-Avukat Joe Galea Debono, ic-Chairman tal-AirMalta is-Sur Louis Grech u ufficjali ohra tal-linja ta' l-ajru nazzjonali qeghdin jakkumpanjaw il-Ministru Refalo f'din iz-zjara. Il-Ministru mistenni lura Malta nhar il-Hamis filghaxija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow