Il-Ministru tat-Turizmu Dr. Michael refalo ghal tahdidiet ma' operaturi turistici fi Praga
Il-Ministru ghat-Turizmu, Michael Refalo, telaq minn Malta l-lejla biex jinghaqad mal-Prim Ministru, Eddie Fenech Adami, li jinsab fuq zjara fir-Repubblika Ceka. Matul iz-zjara, il-Ministru Refalo mistenni ikollu tahditiet ma' operaturi turistici fi Praga, bil-ghan li jissahhah is-suq turistiku lejn Malta.
L-AirMalta bdiet titjiriet diretti bejn Malta u l-kapitali Ceka u mistennija zieda fin-numru ta' turisti li jzuru Malta minn dak il-pajjiz. Fi Praga, matul il-Malta Week, qeghdin jittellghu tliet wirjiet, wahda dwar it-tempji neolitici, u ohrajn ta' xoghlijiet tal-pittur Luciano Micallef u ta' fotografija minn Daniel Cilia. Fit-toroq ewlenin ta' Praga ser jittellghu rapprezentazzjonijiet storici mill-NTOM.
Ic-Chairman tal-NTOM, l-Avukat Joe Galea Debono, ic-Chairman tal-AirMalta is-Sur Louis Grech u ufficjali ohra tal-linja ta' l-ajru nazzjonali qeghdin jakkumpanjaw il-Ministru Refalo f'din iz-zjara. Il-Ministru mistenni lura Malta nhar il-Hamis filghaxija.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN