Punti mid-diskors tas-Segretarju Parlamentari George Pullicino waqt Konferenza ta' l-ahbarijiet - Open Weekend fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
Ghall-ewwel darba l-Ministeru ta' l-Intern ser ifakkar il-Jum Dinji ghal Protezzjoni Civili billi jorganizza open weekend fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, f'Hal Far. L-ghan ta' dan l-open weekend huwa biex il-pubbliku jkun infurmat tajjeb dwar is-servizzi li jistghu jaghtu diversi agenziji tal-Gvern kif ukoll organizzazzjonijiet volontarji f'dak li ghandu x'jaqsam ma' protezzjoni civili u salvatagg. B'hekk il-pubbliku jkun jista' jutilizzhom ahjar f'kaz ta' bzonn.
L-ghan tal-open weekend huwa li jkun hemm partecipazzjoni attiva mill-pubbliku prezenti. Mhux il-ghan li dawk li jattendu jaraw biss x'kapaci jaghmlu l-ghaqdiet f'kaz ta' disastru nazzjonali, izda iktar importanti x'jistghu jitghallmu huma.
Tul l-open weekend ser ikun hemm dimostrazzjonijiet ta' fire-fighting u salvatagg. Ser ikun hemm ukoll lectures biex il-pubbliku, kif ukoll it-tfal, jitghallmu juzaw fire extinguishers u fire blanketsf'kazijiet ta' incidenti fid-dar. Barra minhekk ser ikun hemm dimostrazzjonijiet hands on ta' l-ewwel ghajnuna u salvatagg.
Id-Dipartimenti u l-Agenziji tal-Gvern li ser jippartecipaw huma :
Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
Dipartiment tas-Sahha
Forzi Armati
Pulizija ta' Malta
Sezzjoni Rescue tal-Korporazzjoni Enemalta
Barra minhekk ser ikun hemm prezenti dawn l-ghaqdiet volontarji :
Girl Guides
Malta Red Cross Society
Royal Life Saving Society
Scouts Association
St. John Ambulance
St. John Rescue Corps
YMCA – Special Rescue Group
Barra minn dawn l-agenziji u organizzazzjonijiet ser ikunu prezenti ghadd ta' kumpaniji privati li jispecjalizzaw fi prodotti li ghandhom x'jaqsmu jew mal-protezzjoni civili jew inkella apparat ta' prevenzjoni.
L-attivitajiet ser ikunu mifruxa fuq tlett ijiem, b'gurnata, il-Gimgha 14 ta' Mejju, dedikata ghall-istudenti ta' l-iskejjel. Gew mistiedna l-iskejjel kollha ta' l-istat, tal-Knisja u dawk privati u s'issa dig'? kkonfermaw li ser jattendu ghadd tajjeb hafna ta' studenti. Il-Ministeru haseb biex jaghti token lit-tfal kollha li ser jattendu. Is-Sibt, 15 u l-Hadd, 16 ta' Mejju ser ikunu miftuha ghal pubbliku bejn it-3.00 u s-7.00pm. Tul l-open weekend ser ikun hemm ukoll wirjiet mill-baned ta' l-iScouts, il-Pulizija u l-Forzi Armati.
Gew stampati ukoll tliet tipi ta' leaflets b'informazzjoni dwar kif wiehed ghandu jevita incidenti u x'jaghmel f'kaz li dawn isehhu. Il-leaflets, li gew sponsorjati mill-kumpaniji privati li ser jippartecipaw fl-open weekend, ser ikunu indirizzati ghal incidenti fid-dar, kif jigi evitati incidenti fejn ikunu involuti tfal u x'ghandhom jaghmlu l-anzjani biex jiskansaw incidenti.
Din l-attivit'? hija xhieda tal-htiega ta' ko-ordinament bejn l-enti statali u dawk tal-volontarjat fil-qasam tal-protezzjoni civili. Il-Gvern Malti tant jemmen fil-htiega li tintuza l-ghajnuna tal-volontarjat anki fil-protezzjoni civili, li behsiebu jwaqqaf Kunsill tal-Volontarjat ghall-Protezzjoni Civili. Dan il-Kunsill ghandu jghin sabiex mhux biss jikkordina l-gruppi tal-volontarjat bejniethom, izda jikkordina u jippjana l-kontribut tal-volontarjat lill-korpi statali fil-qasam tal-protezzjoni civili f'kaz ta' emergenza.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN