Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ta' l-Intern iniedi Open Weekend fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili f'Hal Far

PR0688
Date Icon 11/05/1999

Fi tmiem din il-gimgha l-Ministeru ta' l-Intern qed jorganizza open week end ta' tlett ijiem, fic-centru minn fejn jopera d-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, f' Hal Far.

L-idea wara din l-open week end hija biex il-pubbliku jkun jista' japprezza ahjar ix-xoghol u t-tahrig li jsir fid-Dipartiment, b' mod partikolari f'dak li ghandu x' jaqsam ma' tifi tan-nar u operazzjonijiet ta' salvatagg.

L-open week end se tkun opportuinit'? wkoll biex il-pubbliku jkun jista' jara kif jahdem it-taghmir sofistikat li d-Dipartiment ghandu ghad-dizpozizzjoni tieghu, kif ukoll jara dimostrazzjonijiet ta' kif jitmexxew operazzjonijiet li ghandhom x'jaqsmu mal-Protezzjoni Civili.

L-open week end se tkun imqassma fuq tlett ijiem. L-ewwel jum se jkun immirat ghat-tfal ta' l-iskola li se jkollhom programm varjat ta' dimostrazzjonijiet tat-tifi tan-nar u salvatagg, kif ukoll ikunu jistghu jitilghu fuq il-fire engines u jaraw it-taghmir l-iehor. Il-jumejn ta' wara se jkunu miftuha ghall-pubbliku generali. Il-banda tal-Pulizija u tal-Forzi Armati ta' Malta wkoll se jiehdu sehem f' din l-open week end.

Id-Dipartiment issa ilu li twaqqaf mill-1994, dak iz-zmien kien jopera minn Sant' Iermu, izda kien biss fl-ahhar zmien li d-Dipartiment ha imbuttatura kbira 'l quddiem permezz ta' taghmir li wasal bis-sahha tar-Raba' Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili beda jopera minn Hal Far minn Ottubru tal-1997, u minn bidu pjuttost modest, bi tliet ingenji tat-tifi tan-nar li kienu waslu wkoll mill-Italja fl-1996, illum id-Dipartiment jista' jiftahar li hu mghammar b' 27 fire trucks ta' l-ahhar teknologija, zewg dghajjes ghas-salvatagg, dghajsa ta' l-irmonk li sservi wkoll ghat-tifi tan-nar fil-bahar u biex tikkontrolla t-tniggiz taz-zejt, kif ukoll dghajsa ta' daqs medju li tista' tintuza ghal diversi ghanijiet.

Dan l-apparat kollu, flimkien mal-bini u zvilupp ta' fire stations u taghmir iehor, gie jiswa' b' kollox ftit aktar minn Lm7 miljun u nghata lid-Dipartiment bis-sahha tar-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Italja.

Bhalissa d-Dipartiment joffri servizz ta' tifi tan-nar u salvatagg, kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-bahar, ghal erbgha u ghoxrin siegha kull jum, sebat ijiem fil-gimgha. Mad-Dipartiment bhalissa hemm impjegati 62 Assistant Rescue Officers, li qabel ma gew impjegati hadu kors ta' 12-il gimgha fuq tifi tan-nar, u ghadhom jinghataw tahrig kontinwu fix-xjenza tat-tifi tan-nar u salvatagg, li maz-zmien tibqa' tinbidel.

Barra minn dan, id-Dipartiment jorganizza korsijiet dwar tifi tan-nar lid-Dipartimenti tal-Gvern. Kull sena d-Dipartiment jorganizza madwar 20 kors ta' Fire-Fighting u First Aid ghall-haddiema tas-Servizz Civili.

Illum huwa fatt maghruf li l-informazzjoni u t-tahrig huma l-aqwa zewg mezzi li bihom wiehed jista' jnaqqas in-numru ta' dizastri u jillimita l-konsegwenzi taghhom. Huwa maghruf ukoll li biex wiehed jikseb ir-rizultati mixtieqa f'dan il-qasam, il-principji bazici ta' awto-protezzjoni u responsabbilit'? f'kaz ta' xi dizastru, iridu jigu mghallma minn kmieni lit-tfal u l-adoloxxenti. Ghalhekk inhass il-bzonn li jum shih ta' din l-attivit'? jkun iddedikat lit-tfal tal-iskejjel.

Il-Protezzjoni Civili thaddan fiha kull mizura li hija mmirata ghall-interventi f'kaz ta' sitwazzjonijiet ta' incidenti u dizastri naturali, jew li gew ikkawzati mill-bniedem. Ghalhekk hu mehtieg li l-pubbliku jkun infurmat dwar is-servizzi li jipprovdi l-Gvern f'kazijiet bhal dawn.

Din l-open week end qed tigi organizzata biex jitfakkar il-Jum Dinji tal-Protezzjoni Civili.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow