Il-Ministru tas-Sahha jindirizza Laqgha f'Malta tal-Kumitat Socjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa
"Malta qieghda fi process ta' bidla. Bidla li tiggenera ambjent effettiv li jindirizza l-problemi socjo-ekonomici tal-prezent u tal-futur fis-socjet'? taghna. Huwa d-dmir tal-Gvern li jadotta soluzzjonijiet fit-tul biex jassigura li l-welfare ta' pajjizna jkun sostnut u mtejjeb fis-snin li gejjin."
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta llum wara nofsinhar indirizza l-partecipanti tal-Kumitat Socjali, Sahha u Affarijiet tal-Familja tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Il-Ministru Deguara qal li t-tibdil strutturali fil-pajjiz qed jolqot ukoll is-settur tas-sahha, settur li qed jiffaccja diversi sfidi li, jekk ma jkunux indirizzati kif suppost, jistghu jwasslu ghal tnaqqis fil-livell ta' sahhitna.
Il-Gvern f'dan il-qasam irid isib bilanc bejn id-domanda ta' aktar fondi li ghandu bzonn dan is-settur u l-impenn biex is-servizz li jinghata jkun ta' livell gholi u professjonali. Ghalhekk il-Gvern ghandu l-prioritajiet tieghu li huma migbura fid-dokument ta' politika nazzjonali tas-Sahha – Health Vision 2000 –politika li tghaqqad flimkien l-izvilupp tas-sahha u l-value for money. Dan mhux billi ninvestu f'apparat aktar avvanzat, imma billi nindirizzaw dan il-qasam b'kuxjenza socjali.
Louis Deguara qal li l-politika dwar is-sahha hi mahsuba li ttejjeb dan il-qasam fuq 3 binarji. L-ewwel, billi r-rizorsi jkunu allokati skond il-kobor tal-mard partikolari fil-komunit'?. It-tieni, billi jigu indirizzati l-fatturi ta' riskju ghas-sahha tal-bniedem u billi jigu implimentati sistemi ta' managementu xoghol aktar effettivi u efficjenti.
Il-Ministru tas-Sahha sahaq li kull strategija ta' riforma necessarja tkun sostenibbli u accettata biss jekk izzomm il-bniedem fic-centru taghha.
Il-Ministru Deguara zied li l-professjonisti fil-qasam tas-sahha qed ikunu responsabbilizzati aktar, billi jsiru konxji bil-hela li jsofri s-settur jekk ir-rizorsi ma jkunux uzati sew. Min-naha l-ohra, l-klijent qed ikun edukat biex juza s-servizzi b'mod responsabbli. Barra dan, il-klijenti qed ikunu mhajra biex jadottaw stil ta' hajja li jiskansa l-mard.
Kull riforma ggib biza' minhabba l-bidla li ggib maghha. Ghalhekk, il-Gvern hu impenjat ukoll biex inaqqas din l-atitudni negattiva billi jassigura li dawn it-tibdiliet jindirizzaw id-dimensjoni socjali. Ma jonqosx, tenna Louis Deguara, li kull bidla min-naha l-ohra ggib maghha opportunitajiet godda.
Dawn il-bidliet, li imbarka fuqhom il-Gvern ma jsirux biss permezz tal-Ministeru tas-Sahha. Ghalhekk dan il-Ministeru qed jikkollabora ma' Ministeri ohra biex jimplimenta dawn ir-riformi. Izda xorta dan mhux bizzejjed, sostna l-Ministru tas-Sahha, hemm bzonn ta' kollaborazzjoni internazzjonali. Ghalhekk il-bzonn li jkun hemm partecipazzjoni u kollaborazzjoni mill-pajjizi ta' l-Ewropa kollha bl-ghan li l-Ewropa jkollha livell ta' sahha akbar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN