Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghal Politika Socjali jinawgura l-ewwel kors ghal Laboratory Technicians mill-ETC u l-WSC
Il-bzonn tat-tahrig kontinwu ghandu jkun prijorit'? ta' l-ETC, fi zmien meta s-sistemi, l-organizzazzjoni u l-metodi tax-xoghol qed jinbidlu ghar-realtajiet godda li qed tipprezenta d-dinja tat-teknologija u ta' l-informatika. Dan ifisser li l-ETC ghandha mhux biss tirrispondi ghall-bzonnijiet li titlob l-industrija, imma tfittex li tohloq opportunitajiet ta' tahrig, b'sens kbir ta' pro-attivit'? u inizjattiva bl-uzu tar-ricerka, kemm fuq bazi nazzjonali, kif wkoll b' harsa lejn dak li qed jigri fil-kuntest Ewropew.
Dan qalu l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Lawrence Gonzi, fil-ftuh ta' l-ewwel kors li qed jigi organizzat bejn l-ETC u Water Services Corporation, kors intiz sabiex dawk kollha interessati jitharrgu fix-Xjenzi tal-Laboratorju.
Il-Ministru Gonzi sostna li spicca z-zmien li persuna jidhol jahdem u jibqa' jahdem bl-istess mod u fl-istess xoghol ghomru kollu. Ir-realt'?, anki f'Malta, qed turina li percentagg sostanzjali ta' nies jibdlu xogholhom, uhud minnhom jibdlu wkoll il-karriera tax-xoghol taghhom. Huwa qal li fi studju li sar dan l-ahhar mill-ETC, instab li madwar 20% tal-persuni li huma gainfully employed jibdlu jew jibdew xoghol gdid. Dan kollu huwa indikazzjoni ta' realt'? gdida li qed niffaccjaw, realt'? li titlob tahrig kontinwu tul il-hajja u mhux biss tul l-edukazzjoni basika u formali.
Il-bzonn ta' pjan ta' azzjoni dwar programmi ta' tahrig ma jistax jsir biss mill-ETC. Flimkien ma' l-imsiehba socjali, l-ETC ghandha tistudja s-sitwazzjoni tas-suq tax-xoghol u tissieheb mal-Unions u l-Employers f'inizjattivi komuni.
Huwa b'dan il-hsieb, habbar il-Ministru Gonzi, li l-ETC qieghda fil-process li twaqqaf 'Labour Market Recommendations Group', li ser ikun kompost mir-rapprezentanti ta' l-Industrija, tal-Unions, ta' l-Employers u tal-Ministeri koncernati. Dan il-Kumitat tax-Xoghol ser ikun f' posizzjoni li joffri informazzjoni u rakkomandazzjonijiet lill-ETC fuq il-htigijiet li ser ikun hemm bzonn fir-rigward tal-process ta' ristrutturazzjoni, kemm fuq il-livell tas-suq tax-xoghol, kif wkoll fil-qasam tat-tahrig.
Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li hadmu sabiex dan il-kors jkun jista' jigi mwaqqaf, il-Ministru Gonzi, heggeg lill-ETC sabiex tkompli tizviluppa l-metodi tat-tahrig taghha, kif dig'? qed taghmel. Huwa qal li dan il-kors huwa ezempju konkret ta' kif it-tahrig ma jinghatax biss fil-klassi, imma wkoll permezz ta' sitwazzjonijiet prattici, u b' facilitajiet ta' on-the-job coaching.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN