Left arrow Mur Lura

Devoluzzjoni ta' Licenzji lill-Kunsilli Lokali

PR0669
Date Icon 07/05/1999

Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, qal li bhala parti mill-politika tieghu ta' devoluzzjoni ta' aktar poteri lill-Kunsilli Lokali, il-Gvern se jwettaq pass iehor f'din id-direzzjoni billi l-licenzji tal-hwienet mhux se jibqghu f'idejn il-pulizija, izda se jibdew jinhargu mill-Kunsilli Lokali f'isem id-Dipartiment tal-Kummerc.

Dr. Gatt qal dan f'Konferenza ta' l-Ahbarijiet li saret fl-ufficcju tieghu f'Kastilja, u li ghaliha attenda is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tas-Servizzi Ekonomici, is-Sur Edwin Vassallo.

Il-Ministru Gatt qal li huwa importanti li permezz ta' din id-decizjoni, se jkompli jigi zviluppat il-kuncett ta' one-stop-shop, u li l-htigijiet tar-residenti f'kull lokalit'? - inkluzi l-membri tal-komunit'? kummercjali - jkunu jistghu jinqdew mill-Kunsill Lokali taghhom stess.

"Permezz ta' din id-decizjoni, se neliminaw il-hafna giri minn diversi dipartimenti, fejn hanut ikollu bzonn licenzja wahda mahruga mill-Kunsill Lokali f'isem id-Dipartiment tal-Kummerc," kompla Dr. Gatt.

Huwa qal ukoll li l-Kunsilli Lokali se jzommu management fee talli se jkunu qed iwettqu dan ix-xoghol f'isem id-Dipartiment.

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo minn naha tieghu, qal li l-Gvern qieghed jahdem b'impenn sabiex tkun emendata l-ligi li tirregola l-licenzji tal-hwienet u negozji, biex jkun hemm ligijiet li jirriflettu t-tibdil li qieghed isir fin-negozju u wkoll l-htigijiet tal-konsumatur.

"In-negozju f'pajjizna jehtieg li jkun meghjun jifhem li jrid jaghmel sens ghaz-zminijietna u li jrid joffri servizz b'efficjenza u ta' kwalit'?."

Is-Sur Vassallo zied jghid li wara konsultazzjoni ma' dawk kollha interessati, isiru l-emendi necessarji u li fihom kull negozjant jifhem ahjar x'inhuma l-obbligi tieghu lejn il-konsumatur, is-suq u l-awtoritajiet. Huwa sostna li d-diskussjonijiet huma miftuha ghal kulhadd u talab lil dawk kollha responsabbli minn setturi differenti tan-negozju sabiex jiddiskutu t-tibdil mehtieg fil-kundizzjonijiet tal-licenzja li tirregola n-negozju taghhom.

Il-Korpi Kostitwiti, fosthom il-GRTU, il-Kamra tal-Kummerc u l-Federazzjoni ta' l-Industrija, se jkollhom sehem importanti f'dawn it-tahdidiet u kif ukoll l-ghaqdiet kollha li b'mod jew iehor jinteressaw xi settur ta' negozju partikolari.

L-ewwel sensiela ta' laqghat li ser isiru se jkunu mal-bejjiegha bl-imnut u matulhom se jkunu kkunsidrati proposti minghand kull min hu nvolut fis-settur, dwar kif in-negozjant jista' jwiegeb ahjar ghall-htigijiet tas-suq u s-sodisfazzjon tal-konsumatur.

"Is-Segretarjat tieghi fi hdan il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici ser iniedi sensiela ta' laqghat mas-setturi kollha nvoluti u li se jsiru fil-Ministeru stess," temm jghid is-Sur Vassallo.

Il-Ministru Gatt ikkonkluda l-Konferenza ta' l-Ahbarijiet billi qal li dawn l-emendi fil-ligi u t-tibdil fis-sistema tal-hrug tal-licenzji se jghin hafna wkoll, ladarba jidhlu fis-sehh, il-gwardjani lokali sabiex permezz ta' database wiehed se jkun possibbli li l-infurzar tal-ligijiet issehh ukoll f'dak li ghandu x'jaqsam ma' hwienet u stabbilimenti kummercjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow