Il-50 Anniversarju tal-Kunsill ta' l-Ewropa
Ghada l-Erbgha, 5 ta' Mejju, Malta tinghaqad mal-pajjizi l-ohra ta' l-Ewropa biex tfakkar il-50 Anniversarju tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin flimkien mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni organizzaw programm ta' attivitajiet matul Mejju biex jikkommemoraw dan l-anniversarju.
F'Jum l-Ewropa, ghada l-Erbgha, 5 ta' Mejju, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ifakkar il-50 Anniversarju tal-Kunsill ta' l-Ewropa b'celebrazzjoni fit-triqat ewlenin tal-Belt Valetta. L-avveniment jinvolvi eluf ta' studenti li ser jiehdu sehem fi spettaklu ta' kostumi, muzika u zfin relatati mad-diversi aspetti tal-kultura Ewropea, inkluza dik Maltija.
Sittin skola sekondarja ta' l-iStat, tal-privat u tal-Knisja ser jiehdu sehem f'parata kulurita li tesprimi punti krucjali mill-istorja u d-drawwiet Ewropej, kif ukoll aspetti mill-oqsma tat-teatru u d-divertiment popolari. Skejjel ohra ser jippartecipaw b'kartelluni kbar impingija, inkluz kwadru kbir li jirrapprezenta l-origini mitologika ta' l-Ewropa, mahtufa minn Zeus u mehuda fil-gzira ta' Kreta.
Matul l-ispettaklu se jiehdu sehem zewg baned f' parata twila li tibda mill- Pjazza ta' Kastilja, tinzel ghal Triq il-Merkanti, tghaddi minn quddiem il-Katidral ta' San Gwann u tilwi 'l fuq lejn Triq ir-Repubblika. L-isfilata mbaghad tieqaf f'Misrah il-Helsien, fejn studenti joffru zfin lokali u Ewropew quddiem membri tal-Korp Diplomatiku, il-President ta' Malta, il-Prof. Guido de Marco, u l-Prim Ministru, Dr Eddie Fenech Adami.
Fuq quddiem tal-parata jimxi kontingent ta' pulizija lebsin b'mod mhux tas-soltu, b'kostumi medjevali u rinaxximentali Ewropej, fuq iz-zwiemel. Jiehdu sehem ukoll kontingent ta' atturi fuq stilts u b'maskri li jirrapprezentaw karattri komici mis-Seklu Sittax.
Ma jistax jonqos li l-ispettaklu ma jinkludix appell generali ghall-paci, l-aktar minhabba s-sitwazzjoni prekarja tal-Balkani.
Attivitajiet ohra li fil-granet li gejjin ser ifakkru l-50 Anniversarju tal-Kunsill ta' l-Ewropa jinkludu:
Zewg pubblikazzjonijiet
L-ewwel pubblikazzjoni dwar il-Kunsill ta' l-Ewropa hi traduzzjoni fil-Malti ta' ktejjeb intiz ghall-Iskejjel Sekondarji. Kopji ta' dan il-ktejjeb tqassmu fi skejjel Ewropej.
It-tieni pubblikazzjoni, wahda prestigjuza u ntiza lejn qarrejja adulti bl-isem ta' A Council for all Seasons, hi dwar Malta u l-Kunsill ta' l-Ewropa.
Kompetizzjoni
Kompetizzjoni organizzata mill-Kunsill ta' l-Ewropa ghat-tfal ta' l-iskejjel Primarji u Sekondarji bit-tema Europe at School. Permezz ta' din il-kompetizzjoni, zewg finalisti jmorru Strasbourg ghal gimgha fejn ikollhom l-opportunita' li jippartecipaw f'attivitajiet ma' rebbieha ohra Ewropej.
Esibizzjoni
Esibizzjoni dwar il-Kunsill ta' l-Ewropa imtellgha fil-Librerija tal-Kamra tad-Deputati, il-Palazz. L-Esibizzjoni wara ser tkun ghall-wiri fl-Universit'? u fil-Junior Colleges f'Malta u Ghawdex.
Bolli u Telecards kommemorattivi
Il-hrug ta' sett bolli kommemorattivi minn Maltapost plc u sett telecards mill-Maltacom plc li juru aspetti ta' l-istruttura tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Attivit'? sportiva
Partecipazzjoni ta' zghazagh Maltin fil-Football Tournament Internazzjonali f'Alsace. It-tournamenthu miftuh ghaz-zghazagh kollha tal-41 Stati membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Diskussjoni fil-Kamra tad-Deputati
Diskussjoni dwar il-Kunsill ta' l-Ewropa, waqt is-Seduta Parlamentari ta' ghada l-Erbgha, 5 ta' Mejju, bejn membri taz-zewg nahat tal-Kamra tar-Rapprezentanti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN