Left arrow Mur Lura

Messagg mill-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, fl-okkazjoni ta' Jum il-Haddiem 1999: Imsehbin flimkien f'Intrapriza wahda jisimha MALTA

PR0642
Date Icon 30/04/1999

Hbieb

Ghada ser niccelebraw JUM IL-HADDIEM - JUM IX-XOGHOL. Ikollna haddiema li jiccelebraw dan il-jum sa' kemm ahna nkunu kapaci nahdmu flimkien, noholqu x-xoghol, kif ukoll nipprotegu l-impjiegi.

Illum, forsi ghall-ewwel darba bhala Gvern, fuq l-inizjattiva tieghi bhala Segretarju Parlamentari li f'dan il-Ministeru qieghed inhares l-interessi tas-self-employed u n-negozji zghar qeghdin niltaqghu flimkien biex ghal dan il-mument nieqfu biex nirriflettu fuq ir-responsabbilta' u l-impenn ta' kull wiehed u wahda minna lejn il-holqien tax-xoghol.

Il-holqien ta' l-impjiegi u x-xoghol ma huwiex monopolju ta' l-ebda Ministeru jew Organizazzjoni izda ghandu jkunu l-impenn taghna lkoll. Nifhem li ghandna Ghaqdiet u Unions li ghandhom impenn aktar dirett u rridu naghrfu llum li nkunu grati lejn dan l-impenn u dan l-isforz li kull meta jkun imsahhah b'responsabbilta', dejjem kellna kisbiet li gawda minnhom kulhadd.

Minkejja dan l-impenn ta' dawn is-shab socjali (social partners) nixtieq li flimkien, ahna min ahna, f'dan il-pajjiz sew jekk:

  • inhaddmu kif ukoll jekk haddiema,
  • Unions tal-haddiema jew Ghaqdiet ta' negozjanti,
  • Ufficcjali f'Diparitmenti Governattivi,
  • Kunsilli Lokali jew Gvern Centrali,
  • Entitajiet ta' servizz jew Intraprizi ta' investiment;

nifhmu dejjem aktar li hu x'inhu s-settur tal-hidma taghna hemm isfida. Din hija sfida li qeghdin nersqu lejha bhala effett ta' l-izvilupp ta' l-ekonomija taghna. Din hija sfida li ghandha twassal biex niksbu kwalita' ta' hajja ahjar u nghixu l-umanita taghna fl-ghola nobbilta' li msejhin nghixu fiha minn min tana l-valur tal-hajja. Din hija sfida biex inkunu qeghdin nghixu ta' nies.

Flimkien irridu nigbdu habel wiehed u ngharfu li l-oggettiv u l-ghan ahhari tal-hidma taghna hija biex noholqu u nkattru x-xoghol.

Biex inwassal dan il-messagg, ma nixtieqx li dan ikun biss diskors ta' l-okkazzjoni, lanqas messagg ta' ottimizmu, izda bidu ta' hidma b'impenn. Irrid li b'din is-sejha nipperswadikhom biex ninghaqdu fi sforz kollettiv fil-hidma taghna lkoll. Nifhem u nemmen li kull wiehed ghandu jhares lejn dan l-obbligu bhala l-ghan nobbli tal-hidma tieghu.

Ma nistghux nitilfu din l-opportunita' li niddiskutu, ngharfu u nahdmu lkoll bhala msiehba flimkien f'intrapriza wahda jisimha Malta.

  • Mhux Unions diversi u ghaqdiet ta' negozji li jghixu f'konflitt, izda li jgharfu jifhmu u jfiehmu kif Gvern, haddiema u sidien, kapaci joholqu l-ahjar kundizzjonijiet ta' xoghol.
  • Mhux dipartimenti diversi li ghalkemm b'responsabbiltajiet differenti ghandhom jifhmu li huma ta' servizz komuni biex b'efficjenza u b'kwalita' joffru servizz.

  • Mhux izjed haddiema u sidien bi prijoritajiet diversi izda b'ghan wiehed li b'efficjenza u kwalita' jahdmu flimkien ghas-success tan-negozju li jirrendi sigurta' tax-xoghol u nvestiment li jissarraf fi qliegh gust ghall-investituri.

Dan il-pajjiz, din il-kommunita' ta' poplu zghir, qed jiffaccja l-isfidi ta' suq li dejjem qed ikisser il-fruntieri u jhott kull ma jista' johloq xkiel. Fejn pajjizi qeghdin jinghaqdu flimkien u tghallmu jibqghu jgawdu s-sovranita' u l-identita' tal-poplu taghhom waqt li jghaqdu l-isforzi taghhom biex flimkien ifittxu swieq

godda, ahna ma nistghux nibqghu nahsbu kif ser nakkwistaw nicca jew niddefendu nicca li tant zmien ilu nvestejna fiha; ma nistghux nibqghu nahsbu kif nipprotegu l-interessi individwali ta' l-ezistenza taghna bi prezz li ma naslu qatt li naqblu dwaru; ma nistghux nibqghu niddefendu l-interessi taghna permezz ta' l-egoizmu u l-indifferenza. Il-prezz ta' dawn l-atteggjamenti huwa li nitilfu kull opportunita' ta' zvilupp ekonomiku, socjali u kulturali tal-poplu taghna.

Illum nistghu naqblu li dan il-prezz huwa gholi wisq, izda xi drabi lkoll nafu li fl-ahhar sforz ta' protezzjoni nispiccaw nirrikorru ghal xi ftit egoizmu.

Nifhem li l-holma ta' l-idejalizmu tibqa' biss holma. Irridu nifhmu li ghandna d-dmir biex flimkien inwasslu lil poplu taghna l-isfidi tas-swieq, u negozju li johloq ix-xoghol li ma jippermettix izjed li kullhadd jibqa' jahseb fih innifsu l-ewwel u qabel kollox.

Iltqajna hawn illum, u rrid insellem lill-General Workers Union u l-Union Haddiema Maghqudin, l-Korpi Kostitwiti li jirraprezentaw lis-settur tan-negozju:- l-Kamra tal-Kummerc, l-Federazzjoni ta' l-Industriji,u l-General Retailers and Traders Union. Ghandna maghna rapprezentanti tal-Banek Kummercjali, ufficjali u haddiema ta' Dipartimenti Governattivi, Self-employed, Negozjanti zghar u kbar u hafna izjed ismijiet li xi drabi jifirduna minn xulxin. L-iskop huwa tajjeb, ghaliex identita' diversa tfisser specjalizazzjoni ta' impenn, responsabblita' jew negozju izda qieghed nitlobkhom, mhux biex inkun qieghed nghid xi haga, izda ghaliex hekk tassew nemmen -ejjew inkomplu nhaffu l-pass b'ritmu aktar mghaggel lejn l-izvilupp fil-mentalita' li kapaci taghtina direzzjoni ta' mpenn kollettiv'.

L-ahwa din mhux loghba tal-kliem, din hija sejha ghall-impenn. Irridu nkunu kapaci flimkien naffrontaw bidliet, niksbu l-ahjar rizultati ta' produttivita' tax-xoghol, niggieldu l-indifferenza u t-tentazzjoni ta' l-ghaz fil-poplu taghna. Ma nhallux li nibqghu naraw kif ninfirdu minn xulxin izda kif minkejja b-impenji diversi nahdmu b'ghan wiehed li nifhmu r-responsabbilta' lejn il-holqien tax-xoghol.

Mid-diskorsi rridu naslu ghall-fatti. Dan l-islogan huwa ghajta bil-hsieb li tista' ma taghmel l-ebda differenza ghal min jiddeciedi hekk, izda tista' taghmel differenza ghal min irid ikun kapaci ibiddel mentalita'. Ejjew inbiddlu l-mentalita' ta' l-individwalizmu u ninpenjaw lilna nfusna biex nahsbu aktar f'sens kollettiv b'responsabbilta'.

Ahna msiehba f'intrapriza wahda jisimha Malta. Shab socjali biex flimkien niksbu zvilupp ghall-poplu taghna.

  • Irridu naraw dipartimenti li kapaci jghidu "ahna qeghdin naghtu servizz lill-industrija tax-xoghol. Ghalhekk ahna xgholna noholqu l-impjiegi."
  • Irridu fil-prattika naraw:

    • Dipartiment ta' l-Industrija

li jghin lill-industrija tikseb aktar efficjenza;

    • Dipartiment tat-Trade

li jkun dipartiment sors ta' ghajnuna biex fil-Pajjiz ikun iffacilitat in-negozju;

  • Dipartiment ta-Kompetizzjoni Gusta

li kapaci jhares is-suq hieles

    • L-Institute for the Promotion of Small Enterprises

li b'impenn ta' l-ghajnuna ghar-restructuring ikun ta' servizz ghal min ser ikollu jaffronta l-isfidi tas-suq meta nibdew inhottu s-sistema ta' protezzjoni li ma ghadux il-waqt li nkomplu nhaddmu.

    • Banek kummercjali

li jkunu kapaci jifhmu li r-rwol tas-servizz taghhom, li ghalkemm bil-qliegh, jitlob ir-riskju bi prezz gust minghand min qed jirriskja fin-negozju u l-holqien tax-xoghol.

Irridu naraw izjed lil-Unions f'hidma kollettiva mal-Korpi Kostitwiti biex inkunu kapaci insahhu l-fiducja fix-xoghol ta' l-Industrija Privata ta' Pajjizna.

Irridu naraw impenn izjed kollettiv fl-Industrija Privata fejn min jahdem, ma min ihaddem, ikunu kapaci jifhmu izjed il-htigijiet ta' xulxin u b'ghaqal jippjanaw strategija li kapaci tizviluppa l-industrija u niggarantixxu success.

Irridu naraw li n-negozju u lil min jinvesti fin-negozju ikun stmat u ma jkunx ikkalkulat bhala l-mira ta' ezercizzju pulizjesk minn kull awtorita'.

F'dan il-kuntest irridu naraw li kull awtorita' ma tibqax thares lejha nfisha bhala pulizija izda tifhem li dmirha huwa li toffri servizz. L-efficjenza f'servizz bi kwalita' ghandu jkun il-mira ta' kull entita Governattiva u ta' kull negozju. Kull Dipartiment irid jifhem li hu ghandu l-obbligu li jkun ta' servizz ghas-settur tan-negozju.

Is-settur tan-negozju jifhem li huwa fid-dmir li bil-hsieb li jkollu qliegh gust ifittex kif jifrex in-negozju tieghu lejn l-esportazzjoni u bl-ghajnuna tal-METCO rridu nisfidaw ix-xkiel u d-diffikultajiet ta' l-esportazzjoni. Il-Malta Development Corporation taghraf tipprovdi direzzjoni lejn l-investiment fl-izvilupp industrijali ta' pajjizna.

Ilkoll bla distinzjoni rridu nifhmu li rridu nghinu lill-xulxin. Inwarrbu x-xkiel partiggjan u nhallu l-politika twettaq dmirha bl-ahjar mod possibbli biex tkun ukoll l-ghola valur ta' servizz.

F'socjeta' organizzata tajba, is-setturi individwali, minghajr ma jitilfu l-identita' taghhom, iridu jkunu kapaci jahdmu flimkien u jsahhu lil xulxin.

Irridu n-negozju, ghalhekk, ikun l-ghodda li twassal ghall-holqien tax-xoghol u li l-haddiema jifhmu li b'xoghlhom ikunu qeghdin ikattru l-possibilta' ta' aktar investiment li jirrendi l-gid u joffri s-sigurta' ta' l-impjiegi fl-industrija privata.

Irridu naslu biex nifhmu li meta nahdmu flimkien naslu biex ingawdu flimkien. Kliem li facilment ikun meqjus holma, suggett tad-dahk,izda meta nifhmu li pajjizi akbar minnha meta hadmu dan il-hsieb, haddmu dan l-impenn, irnexxielhom isibu posthom fis-suq,ilkoll nistghu nifhmu li ma ghandniex intellfu lill-poplu taghna mill-opportunita' li jghix ahjar.

Dan il-kliem, u mieghu dak kollu li ser jinghad illum, jekk jibqa' kliem, din il-laqgha tkun inutli. Izda b'fiducja f'xulxin, kapaci noqorbu pass lejn dak li jista' jghinna nkunu ahjar.

Fl-ahhar mill-ahhar, ahna lkoll nahdmu, kollha kemm ahna mpjegati, haddiema ta' din l-intrapriza kbira li jisimha MALTA.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow