Left arrow Mur Lura

Id-Dipartiment tas-Sahha iwiegeb lill-UHM ghaliex twaqqaf is-servizz ta' "nursery" fl-Isptar San Luqa

PR0638
Date Icon 30/04/1999

B'referenza ghall-istqarrija mahruga aktar kmieni illum mill-Union Haddiema Maqghudin, tajjeb li wiehed ikun mgharraf li l-attendenza ta' tfal fil-Hdud fin-nursery ta' l-Isptar San Luqa kienet ta' tifel wiehed, jew xejn. Dan kien ifisser li d-Dipartiment kien qed ihallas Lm120 f'salarji kull nhar ta' Hadd ghal tlett impjegati, meta ma kienx qed ikun hemm tfal jattendu din in-nursery.

Konxju minn din is-sitwazzjoni, id-Dipartiment agixxa biex ma jkomplux jintefqu fondi pubblici ghal xejn. Jirrizulta li, ghal wara nhar il-Hadd li ghadda, ma kien hemm l-ebda tfal ibbukjati biex jattendu f'din in-nursey fil-Hdud u ghalhekk ittiehdet id-decizjoni li din tinzamm maghluqa nhar il-Hadd li gej. L-impjegati kienu mgharrfa b'din id-decizjoni.

Id-Dipartiment tas-Sahha jaqbel li ghandu jkun hemm is-servizz ta' din in-nursery, izda jemmen ukoll li n-numru ta' sieghat li jahdmu l-impjegati f'din in-nursery ghandu jkun jirrifletti wkoll l-ammont ta' xoghol li jkun hemm.

Id-Dipartiment tas-Sahha jirrevedi s-sitwazzjoni mill-gdid jekk id-domanda ghas-servizz tan-nurserynhar ta' Hadd tkun wahda vijabbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow