Left arrow Mur Lura

Inawgurat Kumpless gdid fil-garaxx tal-Marsa

PR0637
Date Icon 30/04/1999

Il-Gvern għandu d-dover jassigura li l-impjegati tiegħu jkunu produttivi u allura jrid jgħinhom biex anki jieħdu inizjattivi 'odda li permezz tagħhom jistgħu jiddiversifikaw il-ħidma tagħhom, jimmotivaw ruħhom aktar fix-xogħol tagħhom u jsiru aktar effiċjenti. B'hekk ikunu jistgħu jibbenefikaw ukoll aktar mill-ħidma tagħhom.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech illum meta inawgura kumpless 'did tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi f'dak li hu magħruf bħala l-Garaxx tal-Gvern fil-Marsa, u wara qassam ukoll ċertifikati ta' tifkira lil madwar 90 impjegat tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, li rtiraw mix-xogħol bejn l-1 ta' Mejju tas-sena l-oħra u l-aħħar ta' April ta' din is-sena.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-Gvern minn dejjem emmen li aktar ma tirrispetta lill-ħaddiem, aktar ma ttejjiblu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent fejn jaħdem, aktar tikber il-motivazzjoni fih għax-xogħol.

Hu fakkar li fil-bidu tas-snin disgħin il-Gvern beda proċess ta' riorganizzazzjoni fis-Servizz Ċivili, inkluż fit-Taqsima tax-Xogħlijiet, bl-iskop li jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u fl-istess waqt il-ħaddiema jibdew jifhmu aktar il-valur tax-xogħol. Fl-istess waqt fid-Dipartimenti bdew jittieħdu passi biex anki jinbidel l-ambjent li fih jaħdmu l-ħaddiema.

Il-Ministru għall-Ambjent semma li anki l-impjegati fit-Taqsima tax-Xogħlijiet ibbenefikaw minn dan l-iżvilupp f'dawn l-aħħar snin. Fakkar fl-isem ħażin li kellu fl-imgħoddi d-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, li hu wieħed mid-dipartimenti li jiffurmaw parti mit-Taqsima tax-Xogħlijiet, u qal li f'dawn l-aħħar snin il-Gvern mhux biss qered dan l-isem, iżda wkoll biddel u qed ikompli jbiddel l-ambjent li fih jaħdmu dawn il-ħaddiema. Dan billi, fost l-oħrajn, inbnew uffiċini 'odda u bdew ikunu modernizzati partijiet oħra, bħal ma sar fir-rigward tal-kumpless li kien inawgurat illum. Barra minn hekk sar investiment konsiderevoli biex jitjieb il-makkinarju għax, il-Gvern jemmen, il-ħaddiem ma jistax jipproduċi u jkun effiċjenti jekk ma jkollux l-għodda meħtie'a.

Fl-istess waqt lill-ħaddiem beda jtih l-inizjattiva li jibbenefika aktar mill-ħidma tiegħu billi għenu jwaqqaf il-kooperattivi. Tnejn minnhom, il-Kooperattiva tas-Sinjali tat-Traffiku u l-Kooperattiva tax-Xogħol ta' l-Injam, ilhom jaħdmu għal dawn l-aħħar tliet snin, filwaqt li kooperattiva oħra 'dida, dik tax-xogħol ta' l-aluminium, mistennija tkun re'istrata fi żmien qasir.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li mhux l-iskop li dawn il-kooperattivi li jtellfu x-xogħol lill-privat, iżda li jwettqu primarjament il-funzjoni li għandhom: li jipprovdu servizz lil dipartimenti oħra tal-Gvern. Hu qal li l-Gvern qed joħro' miljuni kbar f'pagi, salarji u benefiċċji oħra għall-ħaddiema tiegħu, tant li fir-rigward tat-Taqsima tax-Xogħlijiet biss din in-nefqa rikorrenti telgħet għal aktar minn Lm17-il miljun fis-sena, u allura jridu jinstabu mezzi biex il-ħaddiema jkunu aktar produttivi.

Fl-aħħarnett, il-Ministru Zammit Dimech awgura lill-ħaddiema li rtiraw aktar snin li fihom ikunu jistgħu jgawdu l-frott tal-ħidma u t-tbatija tul il-ħajja tagħhom tax-xogħol.

Il-kumpless il-'did li nawgura l-Ministru Zammit Dimech jikkonsisti f'maħżen ta' l-injam, ħanut għax-xogħol ta' l-aluminium, clocking station u post għal arkivji.

Il-maħżen ta' l-injam qabel kien jikkonsisti f'tinda tal-pjanċi u li kienet tmermret kważi għal kollox. Il-ħsara li kienet issir lill-injam u b'mod partikolari lill-folji tal-plywood, fibre board, chipboard u blockboard, kienet enormi, bil-konsegwenza li jispiċċaw ma jistgħux jintużaw. Għalhekk, inħass il-bżonn li jinbena maħżen modern fejn l-injam ikun f'post protett tajjeb ħalli tkun evitata ħafna ħsara.

Il-maħżen kien ukoll mgħammar b'extractorfan biex l-injam ikun jista' jinxef aħjar, kif ukoll b'racks'odda biex fuqhom jitqegħdu d-diversi folji ta' l-injam.

Il-ħanut ta' l-aluminium se jintuża mill-kooperattiva 'dida li mistennija titwaqqaf dalwaqt fi ħdan id-Dipartiment. Ix-xogħol ta' l-aluminium ma kienx jeżisti f'dan id-dipartiment u beda jsir dan l-aħħar minn grupp ta' ħaddiema li se jkunu jiffurmaw il-kooperattiva. Il-post hu mgħammar b'makni 'odda u moderni.

Il-clock station l-antik kien jikkonsisti f'kamra tal-pjanċi mingħajr l-ebda kumdit'? għan-nies u fil-maltemp kien jidħol ħafna ilma b'periklu billi l-arlo''i jaħdmu bl-elettriku. Barra minhekk, l-impjegati fit-taqsima tal-ħaddieda kienu jippanċjaw f'post differenti. Issa l-ħaddiema kollha se jkunu jistgħu jippanċjaw f'post wieħed bla ebda periklu. It-timekeepers ukoll issa għandhom uffiċċju diċenti li jmiss mal-clocking station. Posthom qabel kien f'kamra ta' l-injam bla ebda arja jew faċilitajiet.

L-ewwel sular fuq l-uffiċċju tat-timekeepers se jkun utilizzat bħala arkivju tad-Dipartiment biex fih jinżammu kopji tal-formoli użati u dokumenti oħra li fil-preżent huma mxerrdin f'diversi postijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow