Il-Ministru Louis Deguara dwar tibdil fis-Servizz ta' Customer Care tad-Dipartiment tas-Sahha
Il-Ministeru tas-Sahha iffirma kuntratt mal-Management Efficiency Unit (M.E.U.) bl-ghan li l-ufficcju tal-Customer Care tad-Dipartiment tas-Sahha jkun ta' livell professjonali, aktar efficjenti u pro-attiv.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, waqt konferenza ta' l-ahbarijiet fejn inghataw dettalji dwar l-ghan ahhari ta' dan il-kuntratt.
Il-Ministru Deguara qal li fl-ahhar snin, minhabba ndhil politiku f'dan il-unit, kemm ir-reputazzjoni, kif ukoll l-efficjenza ta' dan l-ufficcju marru lura. Hu fakkar li matul l-ahhar amministrazzjoni Nazzjonalista fl-1996 kien isir survey minn dan l-ufficcju fost il-pazjenti li kienu jaghtu l-impressjoni taghhom dwar is-servizz li kienu jircievu fl-isptar. Dan twaqqaf ftit gimghat wara l-bidla fil-gvern fl-1996. Il-Ministru Deguara fakkar ukoll fl-inkjesta li saret f'dan l-ufficcju li kkonfermat in-nuqqas ta' serjet'? u professjonalit'? li kienu jezistu taht l-amministrazzjoni precedenti. Dan minkejja li l-ghajta matul l-amministrazzjoni precedenti kienet li c-cittadin jigi l-ewwel.
"Dan huwa kapitlu li jrid jintesa darba ghal dejjem" tenna il-Ministru Deguara. Matul l-ahhar xhur il-Ministeru kien f'kuntatt kontinwu ma' diversi organizzazzjonijiet biex jinstab min jista' joffri s-servizz tieghu lill-Ministeru biex dan il-unit jerga' jilhaq l-iskop li ghalih kien twaqqaf. L-aktar offerta vantaggjuza kienet dik tal-M.E.U. u ghalhekk gie ffirmat dan il-kuntratt.
Gie stabbilit li dan il-unit ghandu jopera minn zewg ufficini, wiehed fl-Isptar San Luqa, li ser jahdem mal-klijenti ta' l-istess sptar u ma' dawk tas-servizzi farmacewtici u ufficcju iehor il-Belt, li ser jghin lil dawk il-klijenti li juzaw il-kumplament tas-servizzi li joffri d-Dipartiment tas-Sahha, fosthom ic-Centri tas-Sahha, l-isptarijiet l-ohra u s-sanit'?.
L-ghan hu li dawn l-ufficini jkunu pro-attivi u mhux jircievu ilmenti biss. Fost l-ohrajn, il-Ministru tas-Sahha qal li ser jerga' jibda jsir is-survey biex ikunu maghrufa n-nuqqasijiet li jindikaw l-istess klijenti u ser tinghata informazzjoni utli lill-pazjent fuq is-servizz li ghandu jistenna li jircievi.
Louis Deguara qal li hu konvint li s-servizzi provduti mid-Dipartiment tas-Sahha huma ta' l-ghola kwalit'?, madankollu huwa l-mod kif ikun provdut is-servizz li huwa nieqes mill-professjonalit'? u ghalhekk ghan iehor ta' dan l-ufficcju ser ikun li jidentifika dawn in-nuqqasijiet u jimpenja ruhu biex jittejbu.
Il-Ministru Deguara qal li l-ewwel pass ser ikun l-infurzar ta' l-ufficcju ezistenti fl-Isptar San Luqa u wara li l-Ministeru jircievi rapport dettaljat ta' dak kollu li jrid jitwettaq minghand l-M.E.U., il-Ministeru min-naha tieghu ser jimpenja ruhu biex dak li jkun hemm bzonn li jsir, jigi mwettaq. Hu ttamat li dan ir-rapport ikun lest sa mhux aktar tard minn l-ahhar ta' Settembru li gej.
Il-Ministru tas-Sahha temm billi awgura li dan il-process jilhaq il-livell mixtieq.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN