Left arrow Mur Lura

Rapport tal-Gvern dwar il-Qorti tal-Familja

PR0619
Date Icon 27/04/1999

Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, dalghodu ppubblika rapport dwar il-Qorti tal-Familja li fih qed jaghmel ir-rakkomandazzjonijiet tal-Gvern ghat-twaqqif tal-Qorti tal-Familja.

Ir-rapport janalizza r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Qorti tal-Familja li kienet mwaqqfa fl-1996, bil-għan illi teżamina kif għandha titwaqqaf Qorti tal-Familja sabiex il-proċeduri legali li għandhom x'jaqsmu mal-familja jkunu trattati b'aktar sensittivit'? u efficjenza mill-Qrati. Il-Kummissjoni kienet issottomettiet ir-rapport tagħha f'Lulju 1997.

Dan ir-rapport ittiehed b'serjet'? kbira mal-hatra ta' din l-amministrazzjoni u wara li saru l-konsultazzjonijiet interni necessarji, il-Gvern qed jippubblika r-reazzjoni tieghu biex issir diskussjoni pubblika.

Il-Ministru Gatt sostna li l-Gvern qed jaqbel fil-prinċipju mal-ħtie'a ta' riforma f'dan il-qasam u jixtieq ukoll illi kull riforma li ssir ikollha, kemm jista' jkun l-appo'' tal-partijiet kollha, li b'xi mod għandhom interess f'dan il-qasam.

"Dan kemm biex nevitaw disgwidi li jistgħu jxekklu l-funzjonament tajjeb tal-Qorti, u kif ukoll biex l-għanijiet finali li jridu jintlaħqu jkollhom l-appo'' ta' kulħadd u allura kulħadd jaħdem flimkien biex jintlaħqu. Wara kollox, is-suċċess tar-riformi jiddependi għal kollox fuq l-impenn ta' dawk kollha involuti fil-proċess u mhux mill-Gvern innifsu," kompla Dr. Gatt

Huwa spjega kif l-għan ta' dan ir-rapport hu li jindika xi għazliet li jridu jsiru biex ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni jinbnew fuq sisien sodi. Hu enfasizza illi "dan ir-rapport hu intenzjonat biex jistimula diskussjoni mal-partijiet kollha kkonċernati, bil-għan illi l-Gvern ikun f'pożizzjoni aħjar biex jieħu d-deċiżjonijiet finali. S'issa din id-diskussjoni kienet nieqsa kważi għal kollox."

Biex ir-rapport seta' jasal ghal liema strutturi kienu mehtiega, kellha bil-fors issir analizi ta' kemm kawzi ta' separazzjoni kienu qed jidhlu kull sena u kemm hemm pendenti. Din l-analizi hadet xi zmien, kemm ghaliex l-istatistika riedet tingabar minn sorsi differenti biex ikun hemm "cross checking", u kif ukoll ghaliex kien hemm "ghajdut" li dawn kienu jghoddu ma' l-eluf.

Fil-fatt intuzaw erba' sorsi differenti u jirrizulta li dawn qablu bejniethom. Dawn juru, ovvjament b'margini zghir ta' zball, li:

  1. bejn l-1990 u l-1998, n-numru medju ta' kawzi ta' separazzjoni ntrodotti kull sena hu ta' 130;
  2. in-numru ta' kawzi ta' separazzjonijiet pendenti quddiem il-Qrati fi Frar 1999 huwa ta' 389 fil-Prim' Awla u ta' 18 fil-Qorti ta' l-Appell;
  3. il-"backlog" fil-kawzi nholoq fl-1996 u l-1997, u qabel d-"disposal rate" kienet tajba hafna tant li kienu qed jinhelsu kawzi aktar milli kienu qed ikunu ntrodotti;
  4. hu evidenti li minkejja li fl-ahhar erba' snin n-numru medju ta' talbiet ghas-separazzjoni fis-Sekond' Awla kienu ta' 735, hafna minn dawn la qed jispiccaw f'kawzi u lanqas f'kuntratti bonarji ta' separazzjoni;
  5. n-numru medju ta' kuntratti ta' separazzjoni rregistrati f'dawn l-ahhar erba' snin fir-Registru Pubbliku kien ta' 305 fis-sena.

Waqt li d-dettalji tar-rakkomandazzjonijiet jinsabu fir-rapport, l-aktar importanti huma:

  1. fil-fazi li attwalment hi maghrufa bhala "s-Sekond' Awla" se jkunu ntrodotti fuq bazi "full-time" assistenti socjali biex jghinu lill-Imhallef fl-evalwazzjoni tal-problemi socjali nvoluti;
  2. f'din il-fazi se ssir enfazi akbar fuq ir-rikonciljazzjoni permezz ta' l-uzu ta' esperti u fin-nuqqas, fuq il-possibilit'? ta' separazzjoni konsenswali;
  3. se jkun introdott l-Avukat tat-Tfal bil-hsieb li jiddefendi l-interessi legali tat-tfal meta dan ikun mehtieg;
  4. titwaqqaf l-Awla tal-Familja b'gurisdizzjoni wiesgha fuq il-problemi legali kollha kkoncernati mal-familja;
  5. l-Imhallfin assenjati fl-Awla tal-Familja jkollhom ukoll gurisdizzjoni kriminali fuq digrieti moghtija minnhom, bhal ordnijiet ta' manteniment jew kustodja tat-tfal.

Il-Ministru kkonkluda billi rringrazzja l-membri tal-Kummissjoni li ħadmu b'tant għaqal biex fasslu rapport illi jittratta problema soċjali f'pajjiżna, kif ukoll l-ex Ministri tal-Ġustizzja Dr Michael Refalo, Dr Charles Mangion u Dr Gavin Gulia li għenu b'modi differenti biex il-Qrati tagħna jkunu aktar responsivi għall-bżonnijiet soċjali ta' pajjiżna.

"L-awgurju tiegħi hu illi dan ir-rapport ji'i analizzat u diskuss minn dawk kollha li, b'xi mod jew ieħor, jinteressaw irwieħhom fl-iżvilupp ta' metodi differenti, effettivi u 'usti intiżi biex jindirizzaw problemi simili," temm jghid il-Ministru Gatt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow