Il-Ministru tal-Politika Socjali jniedi Gimgha ta' Attivitajiet fl-okkazjoni ta' Jum il-Haddiem 1999
1. B'Sahhtek fuq Xoghlok (26 - 1 ta' Mejju 1999)
Il-Ministeru ghall-Politika Socjali llum beda gimgha t'attivitajiet fl-okkazjoni ta' ‘Jum il-Haddiem' 1999. Waqt Konferenza ta' l-Ahbarijiet li ta l-Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi, habbar il-ftuh ta' din il-gimgha msejha "b'sahhtek fuq xoghlok" li ser tkun immirata l-aktar ghall-promozzjoni tas-sahha u s-sigurt'? fuq il-post tax-xoghol. Il-Ministru Gonzi qal li skond it-tieni survey Ewropew fuq il-kundizzjonijiet tax-xoghol, instab li 29% tal-haddiema jhossu li x-xoghol jaffettwalhom hajjithom. 30% minn dawn jirraportaw ugigh f'darhom, filwaqt li 28% jghidu li x-xoghol taghhom joholqihom hafna stress.
Il-Ministru Gonzi qal li r-rata ta' fatalitajiet fuq il-post tax-xoghol qeghda dejjem tizdied, bl-ahhar fatalit'? ssehh biss gimgha ilu. Barra min hekk, fost il-haddiema, dawk li jhaddmu u anki l-unions,hemm bzonn li titqajjem aktar kuxjenza mhux biss dwar perikli fizici, imma aktar u aktar dwar perikli psikologici li jistghu jezistu fuq postijiet tax-xoghol. "Hemm bzonn li titqajjem aktar kuxjenza anki fost dawk li jahdmu wahidhom ghal-rashom, peress li dawn hafna drabi jazzardaw f'xoghol li minnu nnifsu huwa perikoluz u sforz ta' nuqqas t'attenzjoni, jew inkella fl-ghaggla, ma jaghtux kas ta' mizuri ta' prekawzjoni."
Huwa habbar li matul din il-gimgha, fil-Ministeru ghall-Politika Socjali fil-Belt, ser ikun hemm ufficjali mid-Dipartiment tax-Xoghol u mit-Taqsima ghall-Promozzjoni tas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol, li ser ikunu jistghu jghinu lil kull min ghandu problema fuq il-kundizzjonijiet tax-xoghol tieghu. Barra min hekk ser ikun hemm ukoll ufficjal tal-ETC li ser jghin lil kull min irid ifittex opportunitajiet ghal xoghol u/jew tahrig.
Giet ukoll imtella exhibition fil-Ministeru, bil-ghan li tinforma u teduka kemm lil haddiema, kif ukoll lil pubbliku in generali dwar ir-riskji li jezistu fuq il-lant tax-xoghol. Matul din il-gimgha ser jitqassmu wkoll leaflets dwar l-uzu tajjeb ta' l-idejn fi Triq ir-Repubblika, il-Belt. Fl-istess waqt, ser jigu mxandra wkoll spots edukattivi fuq l-istazzjonijet tat-TV.
Nhar il-Gimgha, 30 ta' April, imbaghad ser jigi organizzat seminar dwar is-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xoghol, li fost ohrajn ser jiddiskuti metodi ahjar ta' kif jinzammu standards ta' sigurt'? u l-uzu ta' skemi ta' assikurazzjoni, filwaqt li ser tigi pprezentata analizi tal-fatalitajiet fuq il-postijiet tax-xoghol. Dan is-seminar, li ser isir fl-Aula Magna tal-Fondazzjoni ghall-Istudji Internazzjonali, huwa miftuh ghall-kulhadd.
Il-Ministru Gonzi temm jghid li issa li ntemm b'success l-ewwel kors Universitarju ghall-Inspectors, dig'? bdew isiru l-preparamenti sabiex jiftah it-tieni kors, dejjem b'kollaborazzjoni mal-WPDC tal-Universit'? ta' Malta. Barra minn dan, Dr. Gonzi habbar ukoll illi fix-xhur li gejjin ser tigi mwaqqfa l-Awtorit'? ghall-Harsien tas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xoghol.
2. Ir-Riforma fil-qasam tas-Servizzi Socjali
Il-Gvern prezenti huwa kommess li jipprovdi servizzi li mhux biss huma ta' l-aqwa kwalita', imma li dawn is-servizzi jigu moghtija lil min l-aktar li ghandu bzonn. Din hija weghda principali li l-Gvern intrabat li jwettaq u li giet mtennija mill-President tar-Repubblika fid-diskors tal-ftuh tad-disa' Parlament Malti. Dak in-nhar, il-President qal:
"se jsir ezami ta' l-organizzazjoni kollha tal-Welfare Services li ghandu jwassal ghall-bidla sewwa fis-servizzi moghtija mill-area offices, kif ukoll jigi ccarat sew x'servizzi l-poplu ghandu dritt ghalihom hemmhekk…fost hwejjeg ohra, tidhol is-sistema tal-one stop shops."
Il-Ministeru ghall-Politika Socjali nieda diversi inizjattivi sabiex dan kollhu jigi mwettaq, fosthom:
1) Giet imwaqqfa l-Kummissjoni ghar-Riforma fil-Welfare. Din il-Kummissjoni ser tezamina il-ligi tas-Sigurta' Socjali, tipprovdi rakkomandazzjonijet lill-Gvern sabiex il-beneficcji socjali jitqassmu b'aktar gustizzja socjali u ekwita.
- Il-Fondazzjoni ghas-Servizzi ta' Harsien Socjali bdiet tezamina kif jista' jinholoq qafas kordinattiv ghad-diversi servizzi socjali li joffri l-istat. Fil-granet li gejjin ser jibda "operations review" tal-Programm Hidma Socjali u s-servizzi li joffri d-Dipartiment ghall-Familja, u servizzi ohra relatati. Dan ghandu jwassal biex noholqu strutturi li jikkordinaw ahjar is-servizzi li qed jinghataw;
3) Qed isir progett ta' ristrutturazzjoni fil-kuncett tal-Area Offices. Bhalissa ghaddejja hidma ntensiva sabiex jitjiebu kemm il-kwalita kif ukoll it-tmexxija tal-Area Offices fid-Distretti. Dan qed isir billi:
a) Gew identifikati hames Area Offices (B'kara, Zabbar, Sliema, Zurrieq, Bormla) li ser jigu refurbished b'kuncett gdid li jassigura aktar privatezza u kunfidenzjalita, filwaqt li jinholoq l-ambjent ta' service witha smile jew relationship service.
b) Qed isir business process re-engineering gewwa l-Head Office li ser jaghmilha aktar facli sabiex ikun hemm anqas dewmien mid-data ta' meta ssir rikors/applikazzjoni ghal xi beneficcju socjali sakemm jigi processat u jinghata dak il-beneficcju. L-ezercizzju sabiex jigu identifikati sorsi ta' dewmien issa tlesta u allura ser jibda process ta' ri-organizzazzjoni ta' kif isir ix-xoghol halli jithaffef il-process
c) Dan ser isir bl-ghajnuna tas-sistemi kompjuterizzati li whud minnhom diga jezistu. Qed jitlesta pjan strategiku li permezz tieghu kull applikazzjoni ghall-kull beneficcju socjali tkun tista ssir mill-Area Office minghajr il-bzonn li tirrikorri ghal-certifikati minn postijiet ohrajn. Barra minhekk, l-applikazzjonijiet ser ikunu jistghu jigu mibghuta b'mod elettroniku
d) Sar rapport fuq il-kompetenzi necessarji tar-rizorsi umani li ser ikun hemm bzonn ghal-dan il-progett u qed jigi mfassal programm ta' tahrig ghall-impjegati, partikolarment fil-qasam tal-uzu tal-informatika, kif ukoll fil-mod gdid ta' kif isir ix-xoghol
e) Fis-sena 2000, dan il-progett ser jespandi billi:
i) Jizdiedu l-Area Offices li jippartecipaw f'dan il-progett
ii) Jigu estizi s-servizzi offruti mill-Area Offices billi jigu stabbiliti referral services ghall-servizzi ta' kura u prevenzjoni li jinghataw mill-Ministeru
iii) Jigi addottat servizz li jiggarantixxi zmien stipulat sakemm ghandu jinghata s-servizz (Client Service Charter)
Dan kollu qed isir fl-isfond tal-politika tal-Gvern li tinbena socjeta' li fiha hadd ma jibqa lura, socjeta li fiha kulhadd ghandu sehem.
3. It-Twaqqif ta' zewg Wages Councils
Id-Dipartiment tax-Xoghol kien ilu jircievi lmenti minn haddiema li jahdmu fis-settur tat-Tindif u tas-Sigurta' rigward il-kundizzjonijiet hziena tax-xoghol taghhom.
L-impjegati jilmentaw dwar:
- Hinijiet twal tax-xoghol fejn ikunu mhallsa b'paga minima;
- Li rata ta' hin u nofs jew doppja ghal sahra ma tezistix;
- Ma jkunux intitolati ghal certu leave bhal dak ghall-mard, twelid ta' tarbija, ghaz-zwieg u b'luttu
- Li jkunu impjegati part-time b'hinijiet twal ta' xoghol.
Hafna drabi dawn l-impjegati jsibuha difficli biex jifhmu li l-ligi ma tipprovdix limiti jew dritt fir-rigward ta' dawn il-kundizzjonijiet.
Ta' min jinnota li dawn it-tipi ta' kundizzjonijiet huma regolati biss b'Ordnijiet li jirregolaw il-pagi u sal-lum impjegati li jahdmu f'dawn l-oqsma m'humiex koperti bil-ligi.
Ghalhekk qed jinhass il-bzonn li jitwaqqfu zewg Kunsilli tal-Pagi biex ifasslu regolamenti sabiex jipprotegu dawn il-haddiema u jipprovdu ghan-nuqqasijiet imsemmija hawn fuq.
Ghalkemm diskussjonijiet ma' l-imsiehba socjali fuq l-emendi mehtiega fic-CERA ghadhom ghaddejin, inhass il-bzonn li jitwaqqfu dawn iz-zewg Kunsilli tal-Pagi biex il-haddiema ikunu koperti, fl-iqsar zmien possibli b'kundizzjonijiet minimi tax-xoghol li jixraq fid-dinja tal-lum.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN