Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali jirribatti kummenti ta' l-Oppozizzjoni dwar id-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana

PR0607
Date Icon 23/04/1999

Kuntrarjament ghal dak li ntqal fil-Press Release mahruga mill-Partit Laburista taht il-firma ta' Dr Karl Chircop, Marie Louise Coleiro u Silvio Parnis dwar id-Dar tal-Anzjani, Floriana, fejn intqal li "Is-Segretarjat ghall-anzjani taht Gvern Laburista kien lesta l-proponimenti kollha biex din id-dar kienet terga' tinfetah f'Di`embru 1998, imma taht din l-Amministrazzjoni x-xoghol waqa' lura bix-xhur . . . . . . . ." , irid jinghad li:

Hija gidba hoxna li wiehed jghid li d-dar tal-Floriana setghet qatt tinfetah f'Dicembru 1998, taht Gvern Laburista. Il-verita' hi li meta f'April 1998 inbeda x-xoghol, l-intenzjoni vera kienet dik, tant li lill-anzjani qalulhom li fi zmien sitt xhur ir-refurbishment kellu jkun lest.

Wara l-elezzjoni ta' Settembru 1998, meta mort ghall-ewwel darba nara f'hiex kien wasal ix-xoghol tad-dar, mill-ewwel gejt infurmat li x-xoghol kien tant lura li ma kien hemm l-ebda cans li x-xoghol jitlesta sa nofs din is-sena.

Rajt b'ghajnejja kemm ix-xoghol kien ghadu lura, kwazi wieqaf ghal kollox u fis-6 t'Ottubru 1998, f'laqgha li kellna mal-kuntratturi kollha, hadna decizjoni li biex jithaffef ix-xoghol waqqafna kuntrattur u qabbadna iehor minnfloku. L-istess kellna naghmlu ma' kuntrattur iehor li kien tant lura fix-xoghol tieghu, xi gimghat wara.

Kif ghidt fl-okkazjoni tal-ftuh ta' din id-dar nerga' nirrepeti: "Illum nista' nghid bl-akbar gustifikazzjoni li kieku hallejna l-affarijiet kif kienu, kieku zgur li qabel tliet xhur ohra mil-lum din id-dar ma kienitx tinfetah".

Dwar il-‘proponimenti kollha' li kellu l-Gvern precedenti ghal din id-dar, ma tantx jista' jiftahar ghaliex sar zball kbir li kien allura tard wisq biex ahna nirrimedjaw ghalih, ghaliex il-Gvern precedenti kien zied sodod izzejjed f'din id-dar u ma qghadx jaghti kas il-privatezza u l-kumdita' ta' l-anzjani.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow