Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Lawrence Gonzi jiftah mill-gdid id-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana

PR0603
Date Icon 23/04/1999

Il-Gvern preżenti qed ipoggi lil kull persuna fiċ-ċentru tas-soċjet'?, irrispettivament mill-eta', stat, qagħda soċjali jew qagħda ekonomika. Dan qalu il-Ministru għall-Politika Soċjali, Lawrence Gonzi, il-bierah fil-Furjana, meta uffiċjalment fetaħ mill-'did id-dar ta' l-Anzjani. Dr. Gonzi qal li l-fatt li din id-Dar qed insejħulha "ta' l-Anzjani u mhux Dar għall-Anzjani" jfisser li l-Gvern iħares lejn dawn id-Djar bħala ambjent li jipprovdi opportunijatiet kbar ta' parteċipazzjoni mill-anzjani nfushom, kemm dawk residenti, kif wkoll dawk li mhumiex.

"Din id-dar għanda tiżviluppa f' ċentru ta' attivit'?, fejn l-anzjani u persuni oħra jkollhom bżonn dan is-servizz fit-tmexxija tad-Dar, joħolqu opportunijiet li permezz tagħhom jkunu parti integrali fill-komunit'? Furjaniza, filwaqt li joħolqu djalogu mal-'enerazzjonijiet differenti fil-lokal." Hija biss din il-politika inklussiva li twassal għal binja ta' socjet'? li fiha kullħadd għandu sehmu".

"It-tħaddim ta' din il-politika huwa ċar u konkret. Jumejn ilu, il-Kabinett tal-Ministri iddeċieda li jwaqqaf Kummissjoni għar-Riforma fil-Welfare. Din il-Kummissjoni ser teżamina fost affarijiet oħrajn, il-pensjonijiet f'pajjizna. Dan qed isir sabiex niżguraw li t-tfal tagħna jkunu jistgħu jirtiraw b'serħan il-moħħ. Barra minn dan, il-Gvern qed iwaqqaf din il-Kummissjoni bil-ħsieb li jinħoloq aktar djalogu bejn 'enerazzjonijiet differenti, dan għaliex il-Gvern jemmen li kulħadd għandu sehem importanti x'jagħti fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-futur ta' pajjiżna. Fill-fatt, f'din il-Kummissjoni ser ikun hemm rappreżentanza kemm minn Assocjazzjonijiet ta' l-Anzjani, kif wkoll minn dawk taz-żgħażagħ."

Il-Ministru Gonzi qal illi d-djar ta' l-anzjani m'humiex xi kapriċċ. Lanqas ma huma postijiet fejn l-anzjani jħossuhom mwarrba mis-soċjet'?. L-eta' mhix il-kriterju li jagħmel persuna anzjana bżonn servizz residenzjali. Il-Ministru qal li l-akbar investiment għandu jibqa' fis-servizzi ta' sapport fil-komunit'? li l-persuni anzjani u l-familji tagħhom għadhom bżonn biex jibqgħu parti sħiħa mill-komunitajiet tagħna. Meta persuna anzjana jew persuna oħra ti'i bżonn servizz residenzjali, huwa importanti li dawn ikunu ta' l-aqwa kwalit'?. Ix-xogħol li sar fid-dar tal-Furjana sar biex l-ambjent u s-servizzi jitjiebu u biex id-dar tkun tassew dar.

Id-djar ta' l-anzjani, tenna Dr. Gonzi, saru neċessita' f'soċjet'? li qed tikber fl-eta', f'soċjet'? li l-membri tagħha qed iħossu l-bżonn illi joħor'u jaħdmu, f'soċjet'? li qiegħda tagħraf dejjem iżjed id-dritt tal-bniedem li jilħaq il-milja tiegħu f'soċjet'? illi fiha n-nukleju familjari qed jinbidel bil-konsegwenza illi l-membri ż-żgħar u l-anzjani qed iħossu l-bżonn ta' servizzi 'odda li jwie'bu għall-bżonnijiet 'odda.

"Irridu wkoll inkunu ċerti li dawn is-servizzi qed jagħmlu uzu minnhom dawk li l-aktar għandhom bzonn. Dan ma japplikax biss fil-qasam ta' l-anzjani, imma f'kull qasam tas-servizzi soċjali." Dr. Gonzi spjega kif dig'? beda jsir eżercizzju bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeru għall-Politika Socjali sabiex ji'u identifikati l-oqsma li għandhom bżonn ta' riforma, sabiex jassiguraw li l-appo'' li jipprovdi l-istat jasal għand min l-aktar li għandu bżonn. Huwa semma li din il-politika qiegħda ti'i applikata wkoll fil-qasam tal-housing, fejn preżentament għadejjin laqgħat sabiex ti'i riveduta is-sistema li biha jingħataw il-punti.

Dan kollu, għalaq jgħid Dr. Gonzi, juri bic-car li l-Gvern ma jħarisx lejn l-individwu bħala numru, imma jistma u jemmen fil-kapacitajiet u l-potenzjal tal-persuna umana fit-totalit'? tagħha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow