Il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg jiltaqa' mal-Jesuit Refugee Service in rigward ta' ligi gdida dwar ir-refugjati
Il-Ministru ta' l-Intern, Dr. Tonio Borg, habbar li l-Gvern talab lill-Avukat Generali biex ihejji abbozz dwar ligi gdida tar-refugjati. L-abbozz ta' ligi se jkun imhejji sa l-ahhar ta' din is-sena.
Dan habbru dalghodu l-Ministru Borg waqt konferenza ta' l-ahbarijiet. Prezenti ghal din il-konferenza kien hemm ukoll ir-rapprezentati tal-Jesuit Refugee Service (JRS), Fr Pierre Grech Marguerat u Dr Katrine Camilleri, li pprezentaw lill-Ministru rapport ta' policies u linji ta' gwida dwar il-principji bazici tal-ligi dwar ir-refugjati.
Il-Ministru beda biex irringrazzja lil Jesuit Refugee Service tax-xoghol bla heda li qed jaghmlu fil-qasam tar-refugjati. "Il-grupp tal-Gizwiti issa ilu seba' snin f'pajjizna jahdem f'dan il-kamp, fejn dejjem spikka fihom is-sens ta' dedikazzjoni u impenn li juri f'dan il-qasam tant delikat."
Il-Ministru Borg fisser li refugjat huwa bniedem li jitlaq minn pajjizu ghax ma jistax jaghmel mod iehor. M'huwiex immigrant klandestin li jemigra biex isib xoghol ahjar. Refugjat ikun mhedded u ppersegwitat f'pajjizu u jekk ma jsibx pajjiz iehor li joffrilu kenn, ikollu t-theddida li jispicca hazin. Il-Ministru appella biex meta dan l-argument jigi trattat fil-media, issir id-distinzjoni cara bejn immigrant klandestin u refugjat.
Il-Ministru rrefera wkoll ghall-krizi prezenti tar-refugjati fil-provincja Jugozlava tal-Kosovo u sejhilha "tragedja umana li l-komunita` internazzjonali ma tistax tinjora". Huwa kompla li, kienu x' kienu r-ragunijiet li wasslu ghal din it-tragedja, eluf ta' persuni spiccaw biex tilfu l-aktar affarijiet essenzjali li bihom ikunu jistghu jghixu, u ghalhekk qed jistennew l-ghajnuna.
Il-Ministru ta' l-Intern qal li l-ghajnuna li qed taghti Malta ma tikkonsistix biss mill-gbir ta' flus li qed isir. Huwa semma wkoll l-ghadd ta' tobba u persuni ohra li volontarjament imorru fil-postijiet milquta mill-krizi u joffri s-servizzi professjonali taghhom.
Il-Ministru tkellem ukoll dwar is-sehem tal-Gvern biex tittaffa din il-krizi u habbar li l-Ministeru rcieva informazzjoni mill-UNHCR f'Ruma, li l-offerta ta' Malta - dik li tilqa' mitt refugjat li bhalissa jinsabu dispersi fil-Macedonja - qed tigi ikkunsidrata attivament.
"Illum il-Gvern Malti kkonferma lil UNHCR li ghadu lest li joffri mitt visa, kif ukoll servizzi medici u edukattivi b'xejn, lill-grupp ta' refugjati li jigu f'Malta. Organizzazzjonijiet non-governattivi, ewlenin fosthom il-UNHCR f'Malta, immexxija minn Monsijur Philip Calleja, diga` qed jahsbu ghall-akkomodazzjoni tal-grupp," ikkonferma l-Ministru Tonio Borg.
Huwa qal li din hija sitwazzjoni ta' emergenza li dwarha kellha tittiehed decizjoni ta' malajr. Izda l-problema tar-refugjati ilha maghna. "Bhala pajjiz li jinsab ezatt f'nofs ta' bahar bejn zewg kontinenti, niltaqghu ma' eluf ta' persuni li jizbarkaw fuq ix-xtut taghna u jghidu li jkunu refugjati. Naturalment, mhux kull min jghid li hu refugjat, fil-fatt jirrizulta li jkun minnu. Imma kazijiet ta' refugjati veru kellna u ghad ghandna."
Il-Ministru ta' l-Intern fakkar li Malta qed tonora l-obbligazzjonijiet taghha mal-Gnus Maghquda u qed toffri kenn lir-refugjati li jigu mill-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea. Malta qed tmur oltre minn hekk, fisser il-Ministru Borg. "Dak li jigri fil-prattika huwa li fejn hu possibbli, Malta toffri wkoll kenn lil refugjati li jigu minn pajjizi ohra."
Meta tkellem dwar il-ligi l-gdida dwar ir-refugjati, il-Ministru Tonio Borg spjega li l-ligi l-gdida se tkun fil-parametri ta' pajjiz zghir li ma jistax joffri aktar milli jimponu l-limitazzjonijiet geografici tieghu.
Ir-rapprezentant tal-JRS, Fr Pierre Grech Marguerat, spejga li l-linji ta' gwida li qed jigu pprezentati lill-Ministru ta' l-Intern, huma bbazati fuq dak li tipproponi l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq dawk il-provizjonijiet li introducew pajjizi ohra zghar, bhal ma hu l-Lussemburgu.
Huwa fakkar kif fl-aggornament ta' l-opinjoni taghha dwar Malta, l-Unjoni Ewropea kienet gibdet l-attenzjoni tal-Gvern li Malta ghad m'ghandhiex ligi dwar ir-refugjati. Ghalhekk, fisser Fr Marguerat, il-linji ta' gwida li gew ipprezentati se jservi bhala l-ewwel pass biex Malta jkollha struttura legali f'dan il-qasam.
Prezenti ghall-konferenza ta' l-ahbarijiet kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern, il-Perit George Pullicino.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN